L-ARMAR FIT-TOROQ

Kien il-Kan. Dun Guzepp Galea (1858-1920) - l-ewwel prokuratur tal-festa ta` barra, li beda jahseb kif jista` jsebbah xi ftit il-granet tal-festa. Kien fassal arkijiet tal-hadid ghal fuq iz-zuntier tal-knisja u li fihom kienu jitqieghdu t-tazzi taz-zejt ta` kull kulur li kienu jinxtghelu jekk ikun il-bnazzi.

Fl-1916, sar prokuratur il-Kan. Tez. Dun Beneditt Axiaq li beda jahseb ghal xi pedestalli u ordna wkoll xi statwi ta` l-angli ghal aktar tizjin taz-zuntier. Kien fi zmienu wkoll li saret statwa tal-Vizitazzjoni, u li aktar tard giet mibdula ma` dik prezenti.

 

Fl-1919 lahaq prokuratur Dun Guzepp Galea (1897-1927) u beda jahseb biex jinkrew xi trofej, globi u tazzi biex jizzejnu t-toroq. Wigi Buhagiar kien ikun imsejjah ta` kull sena biex iwahhal l-antarjoli tat-toroq minn fejn tghaddi l-purcissjoni. Haseb ukoll biex isiru l-bnadar tat-toroq, u Antonio Aguis pitter tnejn ghal fuq il-kampnari tal-knisja. Sar it-Trasparent bix-xbieha tal-Madonna diehla ghand Elizabetta li jitpogga fit-tieqa tal-faccata tal-knisja fil-jiem tal-festa. Fl-1923 Spiru Camilleri (maghruf bhala 'ta`l-afrikan') hadem ghaxar stemmi ghall-armar tat-toroq, u s-sena ta` wara saru zewg statwi, wahda tar-Regina Ester u l-ohra ta` Guditta ghal fuq iz-zuntier mill-istatwarju Ghawdxi Wistin Camilleri, u fl-1925 hadem ukoll sitt angli.

 

 

Fi zmien il-prokuratur il-Kan. On. Dun Piju Portelli (1874-1967) bdew jahsbu ghall-Pedestall. Dan inhadem minn Karmelu Attard (maghruf bhala 'l-ghammiel') mir-Rabat fuq disinn tal-Bormliz Abram Gatt. L-iskultura saret Birkirkara mill-imghallem Sant. Kelinu Portelli hallas l-istatwa l-gdida ghal fuq il-pedestall mahduma flimkien ma` l-erba` angli tal-pedestall minn Wistin Camilleri.

Fl-1931, Vincenzu Cordina pitter il-bandalori ghall-ghaxar antarjoli li nxtraw. Fis-sena 1932 beda jintuza l-elettriku b`mutur imhaddem minn Antonio Sacco mir-Rabat sas-sena 1945 meta nxtghelu ghall-ewwel darba l-kampnari, u minn fejn dizgrazzjatament waqa` u miet. Wara dan ix-xoghol beda jsir mill-ahwa Chetchuti ta` Malta. Fl-1934 saru zewg statwi ohra ghal fuq iz-zuntier. dik ta` San Guzepp u dik ta` San Zakkarija.

 

 

Fl-1943, nhatar prokuratur il-Kan. Dun Karm Vella (1915-1969) u bit-thabrik tieghu u tal-kumitat sar il-Plancier tal-Banda li zzanzan fl-1 ta` Lulju 1947. Fi zmienu saru wkoll l-istatwi ta` Sant` Anna ghal fuq il-Blata u dik ta` San Gwakkin ghal Triq Trux. Kien f`dan iz-zmien ukoll li inti u diehel l-Gharb (il-Fgura) beda jintrama bl-antarjoli.

 

 

Fi zmien il-prokuratur il-Kan. Dun Manwel Tabone saret l-istatwa ta` San Mikiel Arkanglu li tintrama fi Triq Frenc ta`l-Gharb u li kien haseb jigbor ghaliha Frenc Mercieca (maghruf ahjar bhala Frenc ta`l-Gharb). Saru wkoll l-istatwi ta` San Rafel u San Gabrijel u l-Kori ta`l-Angli ghal Triq Trux u Triq Frenc ta`l-Gharb. Tpittru mat-triq tal-purcissjoni diversi bandalori bi xbihat li jfissru l-litanija tal-Madonna minn Ruman Buttigieg. Wigi Cauchi hallas ghall-istatwa ta` Sant` Elizabetta b`San Gwann ghall-pjazzetta ta` quddiem ic-Centru Parrokkjali.

 

F`dawn l-ahhar snin saru diversi opri godda biex ikomplu mat-tizjin tal-festa u li tajjeb li jissemmew hawn. Ta` min isemmi l-pavaljuni tad-dawl ghat-Triq tal-Purcissjoni u Triq il-Knisja biex jiehdu post dawk tad-drapp li darba kien hemm. Tkompla wkoll l-armar ta` Triq il-Knisja bit-Trofej filwaqt li l-Madonna Ta` Pinu li qabel kienet tintrama fil-pjazza bdiet tintrama l-Fgura flimkien ma` Karmni Grima u Frangisk Portelli. Fejn tidhol il-Faccata tal-Knisja bdew jintramaw bil-bozoz il-partijiet t`isfel tal-kampnari. Fl-1996 izzanznu zewg pitturi, wahda turi t-thabbira ta`l-anglu u l-ohra l-inkurunazzjoni fis-sema tal-Madonna, xoghol Michael Bajada u jitpoggew fit-twieqi tal-kampnari fil-jiem tal-festa.

 

Fl-2003 nbeda l-progett ta` sett ta` ghaxar bandalori godda ghall-pjazza. Dan il-progett tlesta ghal kollox fl-2006. Il-flus ghall-ghaxar bandalori ngabru kollha. L-ewwel tnejn thallsu minn gabra li kienet saret mar-rahal, u t-tmienja l-ohra minn persuni li hallsu wahda jew parti minnha.

Tajjeb wiehed jghid li ta` kull sena tizdied xi haga fejn jidhol l-Armar. B`hekk inkunu qed insebbhu aktar il-jiem tal-festa tal-Vizitazzjoni. L-armar ghall-Festa isir kollu fuq bazi volontarja u ghalhekk isir minghajr hlas.

(c) Sandro Pace 2000-2006