BANDALORI TAL-PJAZZA

Il-pittura tal-personaggi ta` l-ahhar zewg bandalori li kien fadal, dawk ta` Rut u ta` Debora tlestew fl-2006. B`hekk dan il-progett tal-bandalori tal-pjazza li nbeda fl-2003 tlesta ghal kollox fl-2006.

Il-bandalori tbierku fil-knisja mill-Arcipriet waqt programm qasir li sar wara l-quddiesa tat-Tridu tal-Festa nhar l-Erbgha 28 ta` Gunju 2006. Inghatat bhala tifkira lill-benefatturi kollha minjatura tal-bandalora li thallset minnhom.

 

Il-bandalori ta` Mose u ta` San Gwann il-Battista kienu zzanznu ghall-Festa ta`l-2003.

        

Il-bandalori ta` Guditta u ta` Ester tlestew u zzanznu ghall-Festa ta`l-2004.

         

Il-Sitt bandalori l-ohra kienu izzanznu ghall-Festa ta`l-2004 izda minghajr il-Pittura tal-Personaggi.

Erbgha minn dawn is-sitt bandalori tlestew mill-pittura tal-personaggi fl-2005. Dawn huma l-bandalori ta` David, ta` Geremija, ta` Danjel, u ta` Isaija.

    

          

Il-pittura tal-personaggi ta` l-ahhar zewg bandalori, dawk ta` Debora u ta` Rut tlestew fl-2006.

     

Tajjeb wiehed jghid li l-flus ghall-ghaxar bandalori ngabru kollha. L-ewwel tnejn thallsu minn gabra li kienet saret mar-rahal, u t-tmienja l-ohra minn persuni li hallsu wahda jew parti minnha.

Grazzi lil kulhadd!

(c) Sandro Pace 2003-2006