IL-FESTA TA` BARRA

 

Il-Festa ta`Barra taf il-bidu taghha lejn l-1853. Sa mitt sena wara l-Festa Titulari kienet ghadha ssir fil-gurnata proprja jigifieri fit-2 ta`Lulju sakemm minhabba x-xoghol, fl-1954 bdiet issir fl-ewwel Hadd ta`Lulju kif ghadha ssir sal-lum.

Mis-sena 2000, beda jsir Marc meta tinhareg l-Istatwa minn nicca. Dan il-marc jitlaq minn Santu Pietru u fih tiehu sehem il-Banda "Santa Marija" taz-Zebbug. 

Il-Gimgha filghaxija fid-9.30pm tibda d-Dimostrazzjoni bl-Istatwa mill-Fgura ghall-Pjazza, Triq Frenc ta` l-Gharb, Triq l-Isqof Molina u Triq Trux. Jiehdu sehem il-Baned "Prekursur" tax-Xewkija u "Nicolo` Isouard" tal-Mosta. Mall-wasla fil-pjazza f`nofs il-lejl, tlugh ta` l-Istatwa fuq il-Pedestall u wara hruq tal-Loghob tan-Nar ta` l-Art fil-pjazzetta ta`quddiem ic-Centru Parrokkjali.

Is-Sibt fid-9.30pm, Marc minn Triq il-Knisja, Triq Frenc ta` l-Gharb, Triq id-29 t`Awissu 1679 u Triq Trux. Jiehdu sehem il-baned “Leone” ta` Victoria u “St. Joseph” t` Ghajnsielem. Il-Banda Vizitazzjoni tesegwixxi programm fuq il-plancier fil-pjazza u wara taghlaq bid-daqq l-Innu l-Kbir. F`nofs il-lejl hruq tal-Loghob tan-Nar ta` l-Art.  

Il-Hadd, il-festa ta` barra tibda b` Marc Brijuz fil-11.00am. Il-Marc jghaddi minn Triq il-Vizitazzjoni, Triq l-Arcipriet Camilleri, Triq Karmni Grima u Triq il-Knisja, u jintemm fil-Pjazza ghall-habta tas-1.00pm. Filghaxija, fis-7.00, il-banda “Leone” tibda Marc minn Triq il-Vizitazzjoni ghall-pjazza.      

Fit-8pm, tibda hierga l-Purcissjoni bl-Istatwa Titulari milqughha bil-hruq tas-Salut u c-Capcip tan-nies. Il-banda “Vizitazzjoni” ddoqq l-Innu l-Kbir u wara Hruq tal-Kaxxa u Loghob tan-Nar iehor. Il-banda “Vizitazzjoni” takkumpanja l-purcissjoni filwaqt li l-banda “Leone” tesegwixxi Programm fuq il-plancier fil-pjazza.

Wara l-hruq tal-Kaxxa tal-Kulur u d-Dhul ta` l-Istatwa fil-Knisja, fl-10.30 pm Marc ta` l-Ahhar li jibda minn Triq il-Vizitazzjoni u li bih taghlaq il-Festa tal-Vizitazzjoni fl-Gharb.

 

(c) Sandro Pace 2000-2006