L-GHAQDA MUZIKALI VIZITAZZJONI

L-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni giet imwaqqfa nhar it-Tnejn 14 ta`Lulju 2003. F`din il-gurnata stess gie iffurmat il-kumitat maghmul minn 15 il-membru. Il-Kan Dun Guzepp Tabone gie maghzul bhala Direttur Spiritwali ta`l-Ghaqda.
Mill-ewwel il-kumitat haseb biex johrog ittra ta`informazzjoni dwar it-Twaqqif ta` l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni. Din l-ittra flimkien ma` zewg applikazzjonijiet, wahda ghal dawk li xtaqu jissiehbu membri fl-Ghaqda u l-ohra ghal dawk li xtaqu jitghallmu xi strument tal-Banda tqassmu lill-familji ta`l-Gharb mall-bullettin tal-parrocca. Il-membri tal-kumitat gabru dawn l-applikazzjonijiet bieb bieb nhar is-Sibt 26 ta` Lulju 2003. Ir-rispons kien wiehed tajjeb tant li ngabru `l fuq minn elf lira bejn mizati tal-membri u donazzjonijiet. In-numru ta`dawk li xtaqu jitghallmu jdoqqu xi strument kien ta` aktar minn sebghin, minn tfal sa adulti.
Il-kumitat ha l-parir tas-Surmast Sunny Galea rigward it-taghlim u xiri ta`l-istrumenti. Is-surmast Sunny Galea gie offrut il-kariga ta`Surmast Direttur ta` l-Ghaqda izda dan ma accettax minhabba impenji ohra.
Nhar is-Sibt 25 t`Ottubru 2003 ingabu minn Malta l-istrumenti tad-ditta Amati. Dawn inghaqdu ma` 14 il-strument iehor li kienu inghataw lill-Ghaqda mill-Italja.
F` Novembru 2003 intlahaq ftehim mall-kumitat tac-Centru Parrokkjali ghall-uzu ta` parti mic-Centru bhala l-lokal ta`l-Ghaqda. Sala fuq giet irrangata mill-membri tal-kumitat. Giet dekorata bil-purtieri u linfa. Il-President Bernard Portelli rregala mejda kbira biex isservi ghal waqt il-laqghat tal-kumitat. Twahhlu kwadri bir-ritratti ta` l-Isqof, ta` l-Arcipriet, tad-Direttur Spiritwali, tal-President, tal-President Onorarju, tas-Segretarju u iehor tal-kumitat kollu flimkien mas-Surmast. Twahhlu wkoll kwadru tal-Vizitazzjoni rregalat minn Michael Bajada u l-Arma ta` l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni. Fuq id-dahla principali tac-Centru Parrokkjali twahhlet l-Arma ta` l-Ghaqda mahduma fil-gebel u rregalata mis-Sur Toni Spiteri, kif ukoll antarjola ta` 60 pied irregalata mis-Sur Nazzareno Vassallo. Fil-laqgha tal-Hamis 20 ta` Novembru 2003, l-ewwel laqgha tal-kumitat li nzammet fis-sala l-gdida, giet prezentata l-bandiera ta`l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni mahduma mis-Sur Giovann Cassar mir-Rabat u mhallsa mill-membri tal-kumitat.
Is-Sibt 22 ta` Novembru 2003 kien jum specjali ghall-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni. F`din il-gurnata gew imbierka l-istrumenti u sar it-Tberik u l-Inawgurazzjoni tal-lokal ta` l-Ghaqda. Saret quddiesa koncelebrata mill-Isqof Nikol Cauchi, fil-prezenza ta` diversi personalitajiet distinti, membri ta` l-ghaqdiet u l-poplu ta` l-Gharb. Wara l-quddiesa, l-membri tal-kumitat refghu il-bandiera u mxew biha lejn ic-Centru Parrokkjali fejn giet imtella` ghall-ewwel darba ma` l-antarjola ta` l-Ghaqda. Sar il-kxif ta` lapida kommemorattiva magenb id-dahla principali tac-Centru. Wara sar it-tberik tas-Sala fejn jiltaqa` l-kumitat u gie iffirmat il-ftehim mac-Centru Parrokkjali ghall-uzu tal-lokal. Fl-ahhar sar l-iffirmar fuq il-ktieb tal-vizitaturi mill-personalitajiet distinti, membri tal-kumitat, u dawk mistiedna.
Ta` kull xahar qed jigi organizzat High Tea jew xi attivita simili. Ghal dawn l-attivitajiet jattendu numru sabih ta`nies mill-Gharb kif uloll xi whud minn irhula ohra. Dan jghin lill-Ghaqda finanzjarjament biex tkun tista` tlahhaq ma` l-ispejjez, b`mod specjali dawk tat-taghlim.
It-taghlim ghaddej b`ritmu tajjeb minn numru ta` ghalliema, kemm dak tat-teorija kif ukoll dak tal-prattika bl-istrumenti tar-ram, ta` l-injam, u tal-perkussjoni. Il-kumitat jemmen li m`ghandux joqghod lura fejn jidhol it-taghlim peress li dan huwa l-bazi ta` banda b` sahhitha.
Nhar il-Hamis 23 ta` Dicembru 2004, l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni daqqet ghall-ewwel darba bhala Banda f`attivita` tal-Milied organizzata mill-Kunsill Lokali, ic-Centru Parrokkjali u l-Ghaqda stess. Waqt din is-serata li nzammet fis-Sala tac-Centru Parrokkjali u li ghaliha kien hemm attendenza tajba hafna, l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni daqqet numru ta`Carols tal-Milied. Il-Banda hadet sehem ukoll fil-Purcissjoni tal-Bambin organizzata mill-membri tal-Museum nhar it-Tnejn 27 ta` Dicembru 2004.

FESTA 2005
Il-Banda tat l-ewwel sehem taghha fil-Festa ta` l-Gharb billi daqqet waqt it-Translazzjoni nhar is-Sibt 2 ta` Lulju 2005. Fis-6pm bdiet marc minn fejn il-club tal-football sa fuq iz-zuntier tal-knisja. Meta l-marc wasal fil-pjazza saret il-prezentazzjoni ta` l-istandard irregalat lill-banda mill-familjari ta` Alexander Cauchi. Waqt it-Translazzjoni il-banda qaghdet iddoqq fuq iz-zuntier tal-Knisja.
Filghaxija, ghall-habta ta` l-10pm, il-banda tellghet Programm fuq il-plancier fil-pjazza. F`dan il-programm indaqqu diversi tipi ta` siltiet muzikali flimkien ma`l-Innu Marc, l-Innu ta`l-Inkurunazzjoni, l-Ave Maria, u l-Innu tal-Banda. Qabel ma beda l-programm saret il-prezentazzjoni tal-marc "Viva z-Zewg" irregalat lill-banda minn John u Theresa Cassar u l-familja.
FESTA 2006
Ghat-tieni sena, il-Banda Vizitazzjoni tat is-sehem taghha fil-Festa tal-Vizitazzjoni permezz ta` dawn is-servizzi.
L-Erbgha 28 ta` Gunju 2006 - Il-Banda daqqet l-Innijiet tal-Festa u Marci Brijuzi f` marc li sar mill-Wilga sal-Pjazza.
Is-Sibt 1 ta` Lulju 2006 - Il-Banda daqqet waqt it-Translazzjoni tar-Relikwija. Fl-10.30pm il-banda tat Programm fuq il-plancier fil-pjazza. Ghalqet bid-daqq ta` l-Innu tal-Banda, l-Innu Marcia, u l-Innu l-Kbir.
Il-Hadd 2 ta` Lulju 2006 - Il-Banda daqqet l-Innu Marcia x` hin l-Istatwa Titulari harget fil-bieb tal-knisja. Wara l-hruq tas-salut il-banda daqqet l-Innu l-Kbir u wara akkumpanjat l-Purcissjoni mat-toroq ta` l-Gharb ghall-ewwel darba permezz ta` l-Innijiet Religjuzi u dawk tal-Festa.
GITA FL-ITALJA
Bejn il-5 u l-10 ta` Settembru 2006, il-Banda organizzat b` success gita gewwa l-Italja. Zorna Gerano, Ruma, Assisi, San Giovanni Rotondo, u Sqallija. Il-banda daqqet ghall-ewwel darba barra minn pajjizna f` udjenza tal-Papa Benedittu XVI fi Pjazza San Pietru nhar l-Erbgha 6 ta` Settembru 2006 u anke fil-lokalita ta` Gerano.
L-EWWEL CD TAL-BANDA

Fil-15 t`April 2007, il-banda marret Malta biex tirrekordja l-ewwel CD taghha. Dan is-CD bl-innijiet tal-festa u marci brijuzi gie ipprezentat ufficjalment fil-programm tal-festa li sar fuq iz-zuntier tal-knisja nhar it-Tlieta 24 ta` Lulju 2007.
FESTA 2007
It-Tlieta 24 ta` Lulju 2007 - Fid-9pm il-banda ghamlet marc minn Triq Dun Alwig Mizzi sal-Pjazza u wara tat il-Programm tal-Festa fuq iz-zuntier. Saret il-launch ta` l-Ewwel CD tal-Banda Vizitazzjoni.
L-Erbgha 25 ta` Lulju 2007 - Fid-9pm sar marc bl-Istatwa l-Gdida tal-Vizitazzjoni minn hdejn id-dar ta` Mose` Caruana u ghadda minn Triq il-Madonna tal-Virtu` fejn l-istatwa ittellghet fuq il-pedestall taghha.
Is-Sibt 28 ta` Lulju 2007 - Fis-6.30pm, il-Banda daqqet waqt it-Translazzjoni tar-Relikwija. Fl-10pm, il-Banda daqqet Marci Brijuzi minn Triq il-Knisja sal-Pjazza flimkien mall-Banda Leone. Ghalqet bid-daqq ta` l-Innu l-Kbir fuq il-plancier.
Il-Hadd 29 ta` Lulju 2007 - Jum il-Festa, il-Banda daqqet l-Innu Marc mall-Hrug ta` l-Istatwa fuq iz-zuntier u wara daqqet l-Innu l-Kbir. Wara l-kaxxa, l-banda Vizitazzjoni akkumpanjat il-Purcissjoni mat-toroq tar-rahal ta` l-Gharb.
5 SNIN (2003-2008)

Is-Sibt 22 ta` Novembru 2008 saret il-Quddiesa ta` l-Anniversarju li ssir ta` kull sena, din is-sena f` Eghluq il-Hames Snin mit-Tberik ta` l-Istrumenti u mit-Tberik u l-Inawgurazzjoni tal-lokal ta` l-Ghaqda. Sar bazaar fis-sala tac-Centru Parrokkjali u wirja tar-ritratti. Il-Hadd inzammet 'open day' fejn daqqew il-bandisti kollha tal-Banda Vizitazzjoni. Biex tfakkar din l-okkazzjoni, il-banda harget ukoll bolla kommemorattiva.
MARC BL-ISTATWA TAL-VIZITAZZJONI TA` MELBOURNE
Nhar il-Hadd 6 ta` Dicembru 2009, il-banda akkumpanjat l-istatwa tal-Vizitazzjoni li kienet se tinbghat gewwa Melbourne, l-Awstralja. Dan sar b`marc minn hdejn il-mithna fi Triq il-Knisja sal-Pjazza fejn giet imbierka fil-Knisja wara l-quddiesa ta` l-10 am mill-Isqof Nikol G. Cauchi.
PUSSESS TA` L-ARCIPRIET
Fid- 9 ta` Jannar 2011, il-Banda Vizitazzjoni daqqet marci brijuzi minn Triq il-Knisja sal-pjazza fl-okkazjoni tal-Pussess ta` l-Arcipriet il-Gdid Mons. Joseph Sultana.
SURMAST U ASSISTENT SURMAST TAL-BANDA
Wara l-Festa ta` l-2011, is-Surmast George Debono irrizenja minn Surmast Direttur tal-Banda minhabba impenji ohra u ghalhekk il-kumitat hatar lil George Apap bhala Surmast Direttur tal-Banda Vizitazzjoni u lil Jason Camilleri bhala Assistent Surmast.
PROGRAMM TAL-MILIED FIL-KEMPINSKI SAN LAWRENZ HOTEL
Nhar il-Gimgha 30 ta` Dicembru 2011, il-Banda Vizitazzjoni tellget il-Programm tal-Milied fil-lukanda Kempinski San Lawrenz. Dan apparti li qabel kien ittella` wkoll fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta` l-Gharb bhalma sar fis-snin ta` qabel.
PROGRAMMI U SERVIZZI TAL-BANDA
Il-Banda qed ittella tlett programmi muzikali fis-sena, tal-Gimgha Mqaddsa, tal-Festa, u tal-Milied. Dan minbarra servizzi ohra fil-Festa, fil-Milied, f` San Guzepp, f` Seher il-Punent, u bl-Irxoxt fl-Ghid li sar ghall-ewwel darba fl-2011. F` Seher il-Punent 2012, il-Banda tellghet programm ta` muzika 60`s 70`s u 80`s . Hadet sehem ukoll f` servizzi barra r-rahal bhal Jum Ghawdex f` Ottubru 2011 u l-Karnival tar-Rabat fi Frar 2012 u f` servizzi ta` festi ta` parrocci ohra. Il-banda hadet sehem ukoll aktar minn darba fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu l-Gzira, Malta.
(c) Sandro Pace 2005-2012