L`INFIORATA 2003

 

L-infiorata li saret fuq iz-zuntier tal-knisja ta` l-Gharb f` Jum il-Festa kienet maqsuma f` seba` kwadri li jirrapprezentaw temi differenti.

L-ewwel kwadru juri l-Qalb tal-Madonna peress li l-infiorata ta` Gerano ssir ad unur taghha.

It-tieni kwadru jirrapprezenta l-lokalita ta` Gerano li minnu originat din l-infiorata.

It-tielet kwadru jfakkar eghluq il-150 sena ta`l-istatwa titulari li kien iccelebrat din is-sena.

Ir-raba` kwadru juri l-arma tal-Madonna u jirrapprezenta l-festi ta` l-Gharb u ta` Gerano, it-tnejn iddedikati lill- Madonna.

Il-hames kwadru jfakkar il-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar li saru f`Malta din is-sena.

Is-sitt kwadru jirrapprezenta r-rahal ta` l-Gharb u l-Kunsill Lokali.

Is-seba` kwadru juri l-Awtorita` Maltija tat-Turizmu li kienet l-isponsor principali ta` din l-infiorata.

In-naha t` isfel ta` l-infiorata jidhru wkoll is-snin 1853 - 2003 li jfakkru f` eghluq il-150 sena ta` l-istatwa titulari.

(c) Sandro Pace 2003.