IL-FESTA FIL-KNISJA
Il-Knisja ta`l-Gharb ikollha dehra li tghaxxaq fil-Festa. Dan ikun frott tal-hafna xoghol li jkun sar fil-gimghat ta`qabel fejn jidhol l-Armar.

Il-preparamenti ghall-Festa fil-Knisja jibdew bl-armar tad-Damask li jaghti dehra tassew ta`festa. Wara d-damask, jintramaw l-Artali bil- Gandlieri u l-Bukketti. Jintrama t-Tuzell, u l-Bradella u l-Mant ta`l- Istatwa. Jiddendlu l-Linef u l-Lampieri tal-Fidda, u jitpoggew it- Triehi, il-Ventartali u s-Sopraporti u jitpoggew il- Bukketti u l-Gorlanda ta` l-Istatwa. Ghat-Tridu jintrama l-Artal Maggur bil-Gandlieri u l-Appostli, it-Tarha, il-Kanopew, u l-Ventartal irrakkmati u t-tqeghid tat-Tapit tal-Presbiterju. Hekk kollox ikun lest ghall-Festa.

Il-Funzjonijiet.
Il-Hamis tal-gimgha ta` qabel il-gimgha tal-festa tibda n-Novena b`Quddiesa filghaxija fis-7.30. Kull jum tan-novena ikollu dedika partikulari bhall-Jum iz-Zghazagh, Jum il-Benefatturi tal-festa u tal-knisja, Jum it-Tfal, Jum il-Vokazzjonijiet, Jum l-Anzjani u l-Morda, u ohrajn.
It-Tnejn tal-gimgha tal-festa jsir il-Hrug ta` l-Istatwa minn Nicca biex titpogga taht il-Mant.
Fit-Tlett Ijiem tat-Tridu, filghaxija, jitkanta l-Ghasar mill-Kanonici tal-Kolleggjata ta` l-Gharb u wara l-Quddiesa bil-Priedka. Wara l-quddiesa tinghata l-Barka Sagramentali.
Is-Sibt filghaxija, Lejlet il-Festa, fis-6.30pm tibda t-Translazzjoni tar-Relikwija immexxija mill-E.T. Mario Grech, Isqof t`Ghawdex u bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleggjata ta` l-Gharb. Wara Ghasar Sollenni Pontifikali u Barka Sagramentali. Wara jkun hemm quddiesa.

Il-Hadd, Jum il-Festa, filghodu, fid-9.00 Quddiesa Pontifikali Sollenni mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleggjata ta` l-Gharb u li fiha Mons. Isqof jinseg il-paningierku ta` l-okkazjoni. Quddiesa fil-11.00am u ohra fil-5.30pm. Wara, fis-6.30pm, Ghasar Solenni, Salve Regina, u Kant ta` l-Antifona.

Fis-7.30pm jintlahaq il-qofol tal-Festa tal-Vizitazzjoni bil-Hrug tal-Purcissjoni bl-Istatwa Titulari tal-Vizitazzjoni.

Kif l-istatwa titulari tidhol lura fil-knisja tinghata l-Barka Sagramentali.
(c) Sandro Pace 2000-2011