KURUNELLA LILL-VERGNI MARIJA TAHT IT-TITOLU TAL-VIZITAZZJONI

STEDINA

Nithejjew devotement biex nonoraw lil Sidtna Marija fit-tifkira tal-misteru glorjuz taz-Zjara taghha lil Santa Elizabetta. Nitolbuha li fuqna xxerred il-grazzji taghha li bihom tharisna mill-eghdewwa, tkattar fina l-imhabba t`Alla u l-virtu` kollha, u salvi, fl-ahhar tehodna maghha.

    I

O Santissima Omm tal-Vizitazzjoni, Int kif smajt minghand l-Arkanglu Gabrijel li l-kunjata tieghek Elizabetta saret omm fix-xjuhija taghha, xejn ma harist lejn il-kobor tieghek, imma ridt minnufih izzurha u sserviha; nitolbuk O Marija li tinviztana u aghmel li qalbna tkun bl-umilta` mimlija.

Ave u Glorja

  II

O Santissima Omm tal-Vizitazzjoni, Int kont fidila ghall-ispirazzjonijiet tas-sema u bl-ghagla komplejt il-volonta` Divina; nitolbuk O Marija li tinviztana u aghmilna pronti ghall-ispirazzjonijiet li Ibnek jaghtina.

Ave u Glorja

III

O Santissima Omm tal-Vizitazzjoni, Int xejn ma bzajt mit-tul ta` vjagg ta` sebghin mil u mill-hruxija tat-triq fid-dezert u l-muntanji, ghaliex qalbek kienet mixghula bl-imhabba; nitolbuk O Marija li tinviztana, u biex ma nibzghux mill-hruxija tat-triq tas-sema, aghmel li l-istess nar Divin f`qalbna jitrabba.

Ave u Glorja

IV

O Santissima Omm tal-Vizitazzjoni, Int wasalt fil-belt ta` Ebron minghajr l-ebda deni ghax helsitek mit-tigrib l-id t`Ibnek hanina; nitolbuk O Marija li tinviztana u biex fis-sema nistghu naslu, mill-assalti ta` l-eghdewwa ddefendina.

Ave u Glorja

  V

O Santissima Omm tal-Vizitazzjoni, Int bit-tislima helwa tieghek imlejt bil-ferh lil San Gwann fil-guf t`ommu u ghamiltu pur mid-dnub originali; nitolbuk O Marija li tinviztana u zzommna mbeghdin minn kull dnub mejjet u venjali.

Ave u Glorja

  VI

O Santissima Omm tal-Vizitazzjoni, Int kif sellimt lil Elizabetta, imlejtha bid-dawl tal-profezija biex taghraf lill-helu frott tal-guf tieghek Gesu`; nitolbuk O Marija li tinviztana, u aghmel li nistqarruh ahna wkoll bil-fomm u bl-ghemil taghna mzejjen bil-virtu`.

Ave u Glorja

  VII

O Santissima Omm tal-Vizitazzjoni, Int mimlija bl-Ispirtu s-Santu gharaft il-qima u t-tifhir li l-popli kollha tad-dinja kellhom jaghtuk; nitolbuk O Marija li tinviztana u aghmel li dejjem bl-imhabba u l-qima kollha ahna nservuk.

Ave u Glorja

  VIII

O Santissima Omm tal-Vizitazzjoni, Int imlejt bil-ferh lil Zakkarija u tajt il-kliem lill-fomm tieghu biex ibierek `l Alla  u jfahhar il-hniena tieghu mall-bnedmin; nitolbuk O Marija li tinviztana u aghmel li dejjem inkunu pronti biex nirringrazzjaw lil Alla ghall-gid li minnu nircievu f`kull hin.

Ave u Glorja

  IX

O Santissima Omm tal-Vizitazzjoni, li ghint lil Elizabetta fil-bzonnijiet kollha taghha u ma hallejthiex dment li kienet tehtieg il-prezenza tieghek; nitolbuk O Marija li tinviztana u aghtina l-grazzji kollha li nehtiegu: ibqa` maghna fil-hajja, assisti maghna fil-mewt u la thalliniex qabel ma nkunu fil-genna mieghek.

Ave u Glorja

  Salve Regina

(c) Sandro Pace 2000-2005