L-ISTATWA TITULARI

Ara l-Fuljett mahrug fl-2003 fl-Okkazzjoni ta` Eghluq il-150 sena ta` l-Istatwa Titulari (1853-2003)

Kien f`Marzu ta` l-1853 meta sar rikors lill-Isqof Publiju Marija Sant biex issir statwa taz-Zjara tal-Madonna lil Santa Elizabetta. Fit-23 ta` l- istess xahar l-Isqof ta l-permess mixtieq. Il-Vigarju Kurat Dun Guzepp Agius stieden lill-poplu kollu ta` l-Gharb biex jikkontribwixxi ghall-istatwa tal-patruni taghhom. Il-poplu kien tassew generuz.

L-istatwa giet ordnata ghand l-imghallem Guzepp Vella bin Felic tal-belt Valletta u swiet bl-induratura  mal-200 skud (madwar Lm16). L-istatwa giet imbierka fil-palazz ta` l-Arcisqof fil-belt Valletta fil-21 ta` Gunju 1853. Wara l-istatwa tpoggiet fil-knisja ta`l-Erwieh fil-belt biex jinvistawha d-devoti taghha u fil-25 ta`Gunju ngabet Ghawdex. Meta waslet fl-Gharb, il-kapitlu hareg jilqaghha flimkien mad-daqq tal-banda u l-ferh tal-poplu kollu. Fit-2 ta` Lulju giet imdawra ghall-ewwel darba fil-purcissjoni tal- festa madwar it-toroq imzejna tar-rahal.

In-nicca ta` l-istatwa tlestiet fid-19 ta` Settembru 1853 u fl-1962 giet impittra u indurata mis-Sur Willie Attard tar-Rabat Malta. Tajjeb li wiehed jghid li hlief ghal xi rtokki zghar fl-idejn, l-istatwa qatt ma ntmesset u ghadha fl-istat originali taghha sal-lum. Fl-2007, il-pedestall ta` l-istatwa gie indurat mill-gdid minn Mario u Ruben Camilleri Cauchi mill-Gharb u thallas mill-familja Attard.

(c) Sandro Pace 2000-2007