IL-KWADRU TITULARI

30 SENA INKURUNAT 1979 - 2009
Il-Kwadru Titulari tpitter mill-patri Gan Nikol
Buhagiar (1670-1745) fis-sena 1729.
Sar bl-offerti tan-nies tar-rahal u tal- Granmastru Manoel de
Vilhena li hallas nofsu.Gie rregalat lill- Knisja Parrokkjali
mill-istess Granmastru fl-1733. Kien sewa mitt skud.
Fl-okkazzjoni tat-300 sena parrocca, il- kwadru titulari gie
nkurunat b`kuruna tad- deheb u hagar prezzjuz mill-Isqof t`Ghawdex Nikol
G.Cauchi. Dan gara nhar l-Erbgha 25 ta` Lulju 1979
fil-pjazza ta` quddiem is-Santwarju Ta` Pinu
Il-Kwadru Titulari juri lill-Qaddisa Santa Elizabetta u zewgha
Zakkarija fil-bieb ta` darhom f` Ein Karim qeghdin jilqghu lil
Madonna u lill-gharus taghha San Guzepp. Il-Missier Etern u l-Angli jidhru qed jitghaxqu b`din il-laqgha u
fir-rokna jidher Gwanni l-Battista jaqbez bil-ferh.Fuq ix-xellug
tal-kwadru, fit-tarf t`isfel tidher l-arma tal-benefattur
tal-kwadru, il-Granmastru Manoel de Vilhena.
(c) Sandro Pace 2000-2009