|
| KAP 1 | KAP 2 | KAP 3 | KAP 4 | KAP 5 | KAP 6 | KAP 7 | KAP 8 | KAP 9 | KAP 10 |
********
Il-Festa tat-Tfal

Ta kull sena fil-festa ta`Missierna San Duminku, tinzamm it-tradizjoni helwa tal-festa tat-tfal. Fejn fl-ahhar jum tat tridu it-tfal tal-parrocca jkunu mistiedna jattendu ghal quddiesa specjali fejn fiha ssir gabra specjali ghal-istituti tal-parrocca. Wara ssir il-purcissjoni tant mistennija mit-tfal bi statwa zghira tal-padrun. Tistghu tobsru x` atmosfera jkun hemm bit-tfal ikantaw il-kalaroga capcip u anke musketerija zghira. Wara id-dhul tal-vara it-tfal jkollhom party fl-oratorju tad-dutrina fejn ikomplu jiddevertu u anke jinatghalhom rigal zghir. Din il-gurnata zgur iggib hafna memorji...l-iktar meta niftakru fil-mibki izda qatt minsi Patri Kostantin Fsadni O.P., li f`dan il-jum kien ikun imhabbat hafna. Daqqa jirsisti ghar rigali, daqqa jigri wara iz-ziju Fred ghal gelat, jfakkar lil Nenu ghal pastizzi u waqt il-party jwiddeb lil xi tfajjel dejjem b`dik it-tbissima ta missier.
