S. ALBERT IL-KBIR, ISQOF U DUTTUR TAL-KNISJA

 

Twieled f'Lauingen, fuq ix-xtajtiet tad-Danubju, fi tmiem is-seklu 12 jew fil-bidu tat-13. Nizel fl-Italja u ghamel l-istudju tieghu f'Bolonja, Venezja u Padova, fejn sar jaf lill-Beatu Gordan ta' Sassonja u dahal fl-Ordni aktarx fl-1223. Mill-1242 sa l-1248 ghallem fl-Universita' ta' Parigi, fejn wiehed mill-istudenti tieghu kien Tumas ta' Akwinu. Minn Parigi ntbaghat f'Koln biex iwaqqaf Studju Generali. Imbaghad inhatar Provincjal tal-Germanja (1254-57): fl-istess zmien, flimkien ma' S. Bonaventura, iddefenda f'Ruma l-jedd tal-Ordnijiet Mendikanti li jghallmu fl-universitajiet, kontra l-attakki ta' Guliermu ta' Saint Amour. Fl-1260 sar isqof ta' Regensberg (Ratisbona), imma wara sentejn irrizenja ghax hass li ma kienx jisthoqqlu jkun isqof. Il-Papa Urbanu IV laqa' t-talba tieghu, izda baghtu jippriedka l-krucjata fil-Germanja, u hu ghadda sentejn f'din il-missjoni. Imbaghad rega' beda l-hajja tat-taghlim u l-kitba, f'Wursburg, Strasbourg, Lyon, fejn ha sehem fil-Koncilju tal-1274, forsi f'Parigi, u fl-ahhar f'Koln fejn miet fil-15 ta' Novembru 1280. Il-beatifikazzjoni tieghu saret mill-Papa Girgor XV fl-1622. Fis-16 ta' Dicembru 1931, il-Papa Piju XI ikkanonizzah, waqt li l-Papa Piju XII fl-1941 ghamlu Patrun tal-istudjuzi tax-xjenzi naturali.

Sa minn meta kien ghadu jghallem f'Parigi, Albert wera l-kobor ta' gherfu bix-xjenza gdida li beda jghallem, jigifieri, il-fizika aristotelika skond it-tifsir tal-ghorrief Lhud u Gharab. B'mod tal-ghageb huwa gharaf ighaqqad l-gherf tal-qaddisin max-xjenza tal-bniedem, u halla ghadd kbir ta' kitba xjentifika, filosofika u teologika, hekk li sthaqqlu l-isem ta' Albert il-Kbir u Duttur Universali. Fuq kollox imbaghad kien tabilhaqq qaddis, mixghul bl-imhabba lejn is-sagrament tal-Ewkaristija u lejn il-Vergni Marija li, skond it-tradizzjoni, heggitu biex jibqa' shih sal-ahhar fis-sejha tieghu dumnikana.

Il-festa tieghu issir nhar il-15 ta' Novembru.

 

S. ANJEZE TA' MONTEPULCIANO, VERGNI

Twieldet fi Gracciano fl-Italja, fis-sena 1268 mill-familja ghanja Segni. Ta' disa' snin dahlet f'monasteru ta' sorijiet f'Montepulciano; izda meta kellha hmistax-il sena, bil-permess tal-Papa ghad li kontra qalbha, ghamluha superjura f'Viterbo, f'monastru li hi habirket biex jinbena. Wara 22 sena laqghet it-talba tan-nies ta' Montepulciano u marret fil-belt taghhom, f'monasteru gdid li fis-sena 1306 waqqfet taht ir-regola ta' S.Wistin. Wara xi zmien, b'xewqa kbira li timxi fit-triq tal-perfezzjoni evangelika skond ir-Regola ta' S. Duminku, qeghdet ghal kollox dan il-monasteru taht it-tmexxija shiha tal-Ordni tal-Predikaturi.

Kienet devota hafna tat-Tfajjel Gesu' u tal-Vergni Ommu. L-Ispirtu Santu qawwiha bid-doni tieghu u saret qisha musbieh mixghul bl-ispirtu tat-talb u l-imhabba. Bil- hlewwa u s-setgha ta' tjubitha, ipperswadiet lin-nies tal-belt biex jahdmu ghall-ghaqda u l-paci bejniethom. S. Katarina ta' Siena kellha tabilhaqq ragun issejhilha omm glorjuza, mexxejja tal-ohrajn bit-taghlim u l-ezempju tal-umilta tassew. Mietet fl-20 ta' April 1317. Il-kanonizzazzjoni taghha saret mill-Papa Benedittu XIII fl-10 ta' Dicembru 1726.

It-tifkira taghha fl-Ordni Dumnikan issir fl-20 ta' April.

 

S. ANTONIN TA' FIRENZE, ISQOF

Antonin Pierozzi twieled f'Firenze fis-sena 1389. Ha l-libsa religjuza fis-sena 1405 "ghall-kunvent ta' Fiesole li kien ghad irid jinbena" minn idejn il-B. Gwann Dominici li dak iz-zmien kien qieghed jahdem ghar-riforma tal-kunventi bl-ordni tal-Beatu Rajmond ta' Capua. Wara n-novizzjat f'Cortona, beda l-formazzjoni tieghu fil-kunvent il-gdid ta' Fiesole bhala l-ewwel iben ta' dak il-kunvent fejn kien qieghed jigi organizzat ic-centru l-gdid tar-riforma (1406). Fis-sena 1413 ordna sacerdot. Kien maghruf ghar-reqqa kbira ta' hajtu u ghall-ghaqal u l-gherf tieghu. Sar pirjol tal-kunvent fis-sena 1418 u mexxieh ghal bosta snin; fl-istess hin habrek ghall-harsien shih tar-regola fil-kunventi ta' Cortona, Fiesole, Napli u Ruma; hawnhekk sar Awditur tas-Sagra Rota u mghallem mill-ahjar tad-Dritt Kanoniku.

Fis-sena 1435, bl-ispejjez tan-nobbli Cosma de Medici, bena l-kunvent maghruf ta' S. Mark f'Firenze, u kien pirjol tieghu (1436-44) fiz-zmien li fih il-B Angeliku kien qieghed isebbhu bil-pittura tieghu. F'dik il-habta l-kunvent kien imsemmi ghall-hidma kbira edukattiva tieghu; fis-sena 1443 il-pirjol fetah il-librerija tieghu ghal kulhadd u b'hekk saret l-ewwel biblijoteka pubblika fl-Ewropa. Mis-sena 1437 beda jaqdi l-ufficcju ta' Vigarju Generali tal-Osservanza fl-Italja, ha sehem fil-Koncilju ta' Firenze (1438), u fl-ahharnett il-Papa Ewgenju IV fis-sena 1446 hatru arcisqof ta' Firenze; il-Papa kien jaf li hu bniedem gharef, maghruf minn kulhadd bhala Antonin tal-pariri.

Kien arcisqof mill-ahjar, moghni bil-grazzja tar-raghaj it-tajjeb; hsiebu kien dejjem fil-merhla afdata f'idejh, u kellu hrara kbira ghall-foqra, l-aktar dawk li kienu fqar bla ma jidhru u li ghalihom waqqaf is-socjeta tal-"boniviri ta' S.Martin"; hadem hafna f'dawk li llum insejhulhom ghajnuna u servizzi socjali, u kien icahhad lilu nnifsu biex ighin lill-ohrajn; kien iebes izda meqjus fir-riforma tal-kleru; kien tassew raghaj, katekista, u, fuq kollox, predikatur. Kiteb hafna xoghlijiet mimlija bil-gherf u bl-imhabba; l-aqwa opra tieghu Is-Summa morali tixhed li hu kien wiehed mill-aqwa moralisti. Miet fit-2 ta' Mejju 1459. Il-kanonizzazzjoni tieghu saret mill-Papa Adrijanu VI fl-31 ta' Mejju 1523.

It-tifkira tieghu fl-Ordni Dumnikan issir fl-10 ta' Mejju.

 

S. DUMINKU IBANEZ DE ERQUICIA U SHABU MARTRI

Lorenzo Ruiz, Domenico Ibáñez de Erquicia, Giacomo Kyushei Tomonaga e 13 compagni filippini

S. Duminku ta' IBANEZ DE ERQUICIA kien l-ewwel wiehed minn grupp ta' sittax-il martri li hadu l-martirju fil-belt ta' Nagasaki fil-Gappun fil-persekuzzjoni harxa kontra l-insara li kien hemm bejn 1633 u 1637. Dawn il-martri kollha qdew diversi ministeri, hadmu ghall-bini tal-Knisja u taw hajjithom ghal Kristu. Il-qattiela taghhom, wara li tawhom il-martirju, harqu l-katavri u xerrdu l-irmied 'l hawn u 'l hinn.

Disgha minn dawn il-martri kienu gappunizi; wiehed Franciz; iehor Taljan; iehor minn Manila, Lawrenz Ruiz, sekular mizzewweg li hu l-ewwel martri tal-Knisja tal-Filippini. Ergha ohra kienu Spanjoli, fosthom is-sacerdot Duminku Ibanez de Erquicia. Tlettax mill-martri f'dan il-grupp kienu membri, irgiel u nisa, tal-Familja Dumnikana. It-tlieta l-ohra kellhom xi rabta ohra maghha. Il-beatifikazzjoni taghhom saret f'Manila, fil-Filippini mill-Papa Gwanni Pawlu II nhar it-18 ta' Frar 1981 - l-ewwel Beatifikazzjoni li saret barra l-Belt tal-Vatikan. Il-kanonizzazzjoni solenni tal-istess grupp saret f'Ruma mill-istess Papa nhar it-18 ta' Ottubru 1987.

It-tifkira taghhom fl-Ordni Dumnikan issir fit-28 ta' Settembru

 

S. GJACINT TAL-POLONJA, PRESBITERU

Gjacint twieled f'Kamien, provincja tas-Slesja, fi tmiem is-seklu tnax. Ordna sacerdot u lahaq kanonku tal-kattidral ta' Krakow fil-Polonja. Fl-1220 nizel Ruma, fejn sar jaf lil San Duminku u dahal fl-Ordni tieghu. Fis-sajf tal-1221 il-Fundatur baghtu fil-Polonja flimkien ma' P. Nerik tal-Moravja biex ixerred l-Ordni f'art twelidu. Fir-rebbiegha tal-1223 huwa waqqaf il-kunvent tat-Trinita' fi Krakow. Aktar tard waqqaf ukoll kunvent fi Gdansk u iehor f'Kiel.

Kien safi bhal gilju u kellu devozzjoni liema bhala lejn il-Madonna. Kien maghruf hafna ghall-predikazzjoni u d-direzzjoni spiritwali, ghall-ghajnuna li kien jaghti lill-morda, u ghall-apostolat evangeliku tieghu fost l-ortodossi u l-kattolici. Miet fil-kunvent ta' Krakow fil-15 ta' Awissu 1257. Il-kanonizzazzjoni tieghu saret mill-Papa Klement VIII fis-17 ta' April 1594.

It-tifkira tieghu fl-Ordni Dumnikan issir fis-17 ta' Awissu.

 

S. GWANN TA' KOLONJA, PRESBITERU, U SHABU MARTRI

Gwann Heer twieled fil-Germanja fil-bidu tas-seklu sittax. Dahal fl-Ordni fil-kunvent ta' Kolonja. Fil-hegga tieghu ghall-verita' kattolika u ghall-gid tal-erwieh, huwa qala' l-permess mis-superjuri tieghu biex imur l-Olanda u jghin lill-kattolici matul il-persekuzzjoni kalvinista. Kien kappillan tal-parrocca ta' Hoornaer u qeda wkoll il-ministeru tieghu fil-belt qariba ta' Gorcum. L-eretici qabduh u haduh f'Den Briel, u fil-lejl bejn it-8 u d-9 ta' Ljulju 1572, tawh il-mewt bit-taghlliq flimkien ma' tmintax ohra, qasisin u patrijiet li lkoll baqghu sal-ahhar jistqarru l-verita' kattolika dwar l-Ewkaristija u l-primat tal-Papa fil-Knisja. Fl-24 ta' Novembru 1675, il-Papa Klement X ghamilhom beati. Il-Kanonizzazzjoni taghhom imbaghad saret mill-Papa Piju IX fid-29 ta' Gunju 1867.

It-tifkira taghhom fil-Liturgija dumnikana ssir fid-9 ta' Lulju.

 

S. GWANN MACIAS, RELIGJUZ

Twieled f'Ribera del Fresno fi Spanja, fis-sena 1585. Mar fl-Amerka t'Isfel u, fl-1622 dahal fratell kooperatur dumnikan fil-kunvent ta' S. Marija Maddalena ta' Lima fil-Peru'. Ghal 22 sena shah qeda l-ufficcju ta' purtinar. Kien tassew umli, mimli bl-imhabba t'Alla u tal-proxxmu, hanin u lest biex ighin lil kulhadd. Kien devot kbir tar-Ruzarju sa minn ckunitu, u kien ighidu sikwit hafna ghall-mahfra ta' dnubietu u b'suffragju ghall-Erwieh. Bhal S. Martin de Porres sofra hafna taghjir u zeblih, u bhalu wkoll kien ighin b'herqa kbira lill-foqra u l-morda. Miet f'Lima fis-16 ta' Settembru 1645 u jinsab midfun fil-bazilka dumnikana tar-Ruzarju Mqaddes tal-istess belt. IL-kanonizzazzjoni tieghu saret mill-Papa Pawlu VI fit-28 ta' Settembru 1975.

It-tifkira tieghu fl-Ordni Dumnikan issir fit-18 ta' Settembru.

 

S. INJAZJU KLEMENT DELGADO, ISQOF u SHABU MARTRI TAL-VJETNAM

Injazju Klement Delgado jissemma fil-bidu tal-lista ta' 117-il qaddis martri li gew kanonizzati solennement mill-Papa Gwanni Pawlu II fid-19 ta' Gunju 1988. Il-martirji sehhew fil-Vjetnam fis-sekli 18-19. Dan il-grupp ta' martri kien iffurmat minn 96 vjetnamiti, 11 spanjoli, 10 francizi, 58 membri tal-Missjonijiet Esteri Francizi, u d-59 l-ohra membri tal-Ordni Dumnikan.

Xi whud minn dawn id-dumnikani kienu isqfijiet: Injazju Klement Delgado (+1838), Dumink Henares (+1838), Guzepp Marija Diaz Sanjurjo (+1857), Melkjor Garcia-Sampedro (+1858, Valentin Berrio-Ochoa (+1861), u Grolmu Hermosilla (+1861).

Ohrajn kienu sacerdoti: Frangisk Gil de Federich (+1745), Mattew Alonso Lesiniana (+1745), Gjacint Castaneda (+1773), Vincenz Le Quang Liem a Pace (+1773), Vincenz Do Yen (+1838), Guzepp Fernandez (+1838), Dumink Nguyen Van Hanh (+1838), Pietru Nguyen Van Tu (+1838), Dumink Tuoc (+1839), Tumas Dinh Viet Du (+1839), Dumink Nguyen Van Xuyen (+1839), Guzepp Do Quang Hien (+1840), dumink Trach (+1840), Dumink Mau (+1858), Guzepp Tuan (+1861), u Pietru Almato' (+1861).

Ohrajn kienu qassisin terzjarji dumnikani: Wistin Shoeffler (+1851), Dumink Cam (+1859), Tumas Khuong (+1861).

Fl-ahharnett, xi whud kienu lajci terzjarji dumnikani: Guzepp Hoang Kuong Canh (+1838), Guzepp Nguyen Dinh Uyen (+1838), Tumas Nguyen Van De' (+1839), Frangisk Saver Ha Trong Mau (+1839), Wistin Nguyen Van Moi (+1839), Tumas Toan (+1840), Dumink Pham Trong Kham (+1859), Guzepp Nguyen Duy Khang (+1861).

Il-25 l-ohra kienu nsara mill-missjonijiet dumnikani tat-Tonkin.

It-tifkira ta' dawn il-martri kollha flimkien issir nhar l-24 ta' Novembru.

 

S. KATERINA TA' RICCI, VERGNI

 

Twieldet minn nies nobbli fis-sena 1522 u semmewha Sandrina; fi ckunitha tilfet lil ommha. Kollha mhegga bl-imhabba lejn Kristu Msallab, ta' tnax-il sena dahlet soru tat-Tielet Ordni ta' Missierna San Duminku fil-kunvent ta' San Vincenz ta' Prato u hadet l-isem ta' Katarina. Hija nxteghlet bin-nar tal-Ispirtu Santu u fittxet bla heda l-glorja tal-Mulej; imnebbha minn Fra Girolamo Savonarola, li kellha rispett kbir lejh, hija mexxiet 'il quddiem it-tigdid tal-hajja regolari. Kellha f'qalbha huggiega ta' mhabba ghall-passjoni ta' Kristu u l-Mulej taha sehem mistiku fi tbatijietu f'gisimha wkoll. Biex thajjar lill-ohrajn ghall-meditazzjoni tal-Passjoni, hi siltet u nisget mill-Kotba Mqaddsa versetti li jghinu dan it-tahrig. Kienet darbtejn prijura, u mexxiet is-sorjiet taghha bil-ghaqal u t-tjieba tassew.

Il-Gharus tas-sema mlieha bid-doni tieghu. L-imhabba ta' Alla qanqlitha biex tikteb taghlim spiritwali gholi, l-aktar permezz ta' ittri li kienet tibghat lil nies maghrufa u qaddisa ta' zmienha bhal S. Filippu Neri, S. Karlu Borromeo, u S. Maria Maddalena de' Pazzi. Mietet fi Prato fit-2 ta' Frar 1590. Il-beatifikazzjoni solenni taghha saret mill-Papa Klement XII fit-23 ta' Novembru 1732. Giet imbaghad kanonizzata mill-Papa Benedittu XIV fid-29 ta' Gunju 1746.

It-tifkira taghha fl-Ordni Dumnikan issir fl-4 ta' Frar.

 

S. KATERINA TA' SIENA, VERGNI U DUTTUR TAL-KNISJA

Twieldet fis-sena 1347, fil-kwartier Fontebranda ta' Siena fl-Italja. Giet fid-dinja qabel tal-ahhar fost hutha li biha kienu 25. Alla xehet il-grazzja tieghu fuqha, u meta kien ghad ghandha seba' snin weghditu xbubitha. Qrabatha haqruha hafna, izda hi hadet kollox bis-sabar. Dahlet Soru tal-Penitenza ta' San Duminku fis-sena 1363 u bdiet tghakkes lilha nnifisha f'hajja ta' talb, sawm u penitenza. Tat ruhha ghall-kontemplazzjoni tal-Verita' ewliena u helwa u fittxet li "taghraf 'l Alla fiha nfisha u lilha nnifisha f'Alla". Baqghet tghix hajja ta' tghakkis fid-dar sas-sena 1370 meta l-Gharus tas-sema dehrilha u ordnalha taqbad it-triq tal-appostolat.

Minn dak iz-zmien, l-Ispirtu Santu fawwarha bid-doni tieghu b'mod tal-ghageb u hija obdietu bi hlewwa l-aktar kbira. Kienet bniedma tghaggbek kif kellha l-hila tghaqqad hajja ta' kontemplazzjoni divina mill-oghla "fic-cella ta' qalbha" ma' hajja ta' hidma appostolika mill-aqwa. Bil-kelma taghha tan-nar u l-ittri sbieh taghha qanqlet sal-istess Papa biex jerga' jidhol f'Ruma fis-sena 1376 u ghamlet kemm felhet biex tfiehem lil hafna rgiel u nisa ta' kull kundizzjoni halli jergghu jidhlu fit-triq tal-virtu' u tal-paci. Inxteghlet bl-imhabba t'Alla u thegget biex issir tixbah lil Kristu Msallab. Fl-1 ta'April 1375, sthaqqilha tircievi l-istimmati mqaddsa, li dehru f'gisimha mhux homor bid-demm, imma jiddu bid-dawl.

"Il-gherf taghha ma kistbitux b'hilitha; dehret bhal wahda li tghallem qabel ma dehret bhal wahda li titghallem" (mill-Bolla tal-Kanonizzazzjoni). Halliet hafna kitba ta' gherf gholi spiritwali u teologiku, l-izjed fid-Djalogu. Il-kotra kbira ta' dixxipli taghha kellhom ragun isejhulha Omm, isem li baqghalha fil-Familja kollha Dumnikana. Mietet f'Ruma fis-sena 1380 u ndifnet fil-Bazilka ta' Santa Marija tal-Minerva. Il-kanonizzazzjoni taghha saret mill-Papa Piju II fid-29 ta' Gunju 1461. Il-Papa Pawlu VI ddikjaraha Duttur tal-Knisja fl-1970.

Il-festa taghha fil-Knisja Universali ssir fid-29 ta' April.

 

S. LUDOVIK BELTRAN, PRESBITERU

Twieled f'Valencia fi Spanja minn genituri nobbli fl-1 ta' Jannar 1526. Meta kellu 16-il sena telaq mid-dar kontra r-rieda ta' missieru ghax ried jidhol fil-kunvent ta' San Gakbu. Haduh lura d-dar, izda baqa' jmur bil-mohbi ghand id-Dumnikani biex jisma' t-twissijiet taghhom. Ghad li l-genituri baqghu izommulu, fl-ahhar sehhlu jidhol fl-Ordni fis-26 ta' Awissu 1544 u nxtehet b'ruhu kollha biex isir jixbah f'kollox lil San Duminku. Huwa naqqax fih innifsu l-ideal tal-Ordni u sar ezempju mill-isbah ghan-novizzi li hu nhatar surmast taghhom. Huwa gharaf b'mod tal-ghageb ighaqqad ir-reqqa tal-osservanza religjuza mal-hegga apostolika ghat-tixrid tal-fidi. Fl-1562 talab u qala' li jintbaghat bhala missjunarju fil-Kolombja. Fis-seba' snin li dam hemm, huwa hadem kemm felah ghall-gid tal-indigeni u hafna minnhom laqghu id-dawl tal-Vangelu. Imheggeg minn Bartilmew Las Casas, iddefenda lill-indigeni u hadha bl-ahrax konra l-hakkiema Spanjoli taghhom li kienu jahqruhom. Fl-1569 issejjah lura f'Valencia fejn imbaghad ghazluh pirjol. Huwa ta ruhu bi qdusija kbira ghall-ministeru apostoliku li hu baqa' jaqdi sa ma miet fl-istess kunvent fid-9 ta' Ottubru 1581, u ndifen fil-knisja ta' S. Stiefnu. Il-kanonizzazzjoni tieghu saret mill-Papa Klement X fit-12 ta' April 1671, u l-Papa Alessandru VIII ghamlu protettur tal-Kolumbja. Huwa wkoll il-protettur tan-Novizzi Dumnikani. Il-fdalijiet tieghu nharqu fit-tigrif tal-knisja fejn kient midfun matul il-gwerra civili spanjola fl-1936.

It-tifkira tieghu fl-Ordni Dumnikan issir nhar id-9 ta' Ottubru.

 

S. MARGARITA TAL-UNGERIJA, VERGNI

Margarita kienet bint is-sultan Bela IV tal-Ungerija u Marija Lascaris, bint l-imperatur ta' Kostantinopli. Sa minn qabel ma twieldet (1242) il-genituri taghha offrewha lil Alla ghall-helsien ta' pajjizhom. Kienet ghadha ma ghalqitx erba' snin meta hallew it-trobbija taghha f'idejn is-Sorijiet Dumnikani ta' Vesprem. Ta' 12-il sena ghamlet il-professjoni religjuza f'idejn il-Majjistru tal-Ordni Umbertu de Romans f'Buda, fil-monasteru gdid li missierha bena ghaliha. B'hegga tal-ghageb imxiet 'il quddiem fil-qdusija u nghatat kollha kemm hi lil Kristu Msallab.

Kienet tishaq fuqha nnifisha biex tikber fl-axxetika monastika u tissahhah fl-ghemejjel ta' hniena, imtliet bil-hegga fil-hidma ghall-paci, u waqfet bil-qawwa kontra l-ingustizzji. Ma' hutha s-sorijiet kienet tassew qalbha helwa u fittxet taqdihom bl-umilta'. Kellha devozzjoni tal-ghageb lejn l-Ewkaristija u l-Passjoni ta' Kristu u lejn l-Ispirtu Santu u l-Madonna. Mietet fit-18 ta' Jannar 1270 wara li offriet ruhha vittma ghall-paci u l-helsien ta' gensha mill-hbit tat-Tartari; il-qabar taghha ma nstabx izjed mis-seklu sbatax 'il hawn. Il-kanonizzazzjoni taghha saret mill-Papa Piju XII fid-19 ta' Novembru 1943.

It-tifkira taghha fl-Ordni Dumnikan issir fit-18 ta' Jannar.

 

S. MARTIN DE PORRES, RELIGJUZ

Twieled f'Lima fil-Peru' fis-sena 1579 minn Gwanni, kavalier Spanjol, u Anna Velasquez, ilsira sewda mehlusa. Fost il-qaddisin, S. Martin huwa xhieda tal-poplu iswed tad-Dinja l-Gdida, imcekken u mahqur. Ghamel xi zmien jahdem ma' wiehed barbier, imbaghad dahal kooperatur dumnikan fil-kunvent tal-Madonna tar-Ruzarju f'Lima; fl-1603 ghamel il-professjoni solenni. Kien bniedem tal-ghageb ghas-semplicita' u l-innocenza u l-fidi tieghu; fil-kunvent qeda l-ufficcji l-izjed umli, izda Alla ghollieh bid-doni u l-grazzji tieghu, u ghanieh b'hafna karizmi. Kellu dovozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija u l-Passjoni ta' Kristu, kien ihobb u ighin lill-fqar li kienu jmorru ghandu bi hgarhom; billi kien jifhem fil-medicina, kien idur bil-morda bi mhabba kbira. Huwa ghakkes gismu bis-sawm u penitenza harxa, u kien donnu qatt ma jaqta' mit-talb, l-izjed bil-lejl; u mit-talb kiseb gherf spiritwali hekk kbir li ghaggeb sahansitra lill-ghorrief. Miet f'Lima fit-3 ta' Novembru 1639. Il-Kapitlu Generali tal-Ordni Dumnikan li sar 1938 ghazlu bhal protettur tal-kooperaturi dumnikani. Il-kanonizzazzjoni tieghu saret mill-Papa Gwanni XXIII fis-6 ta' Mejju 1962, qisu biex jaghti t-twegiba tal-Knisja lil dawk li jridu l-firda bejn ir-razez. Ghall-umilta' u l-hlewwa tieghu, dan ir-religjuz dumnikan twajjeb u qaddis gibed lejh il-qlub tal-popli, l-aktar dawk tal-Amerika ta' Fuq u ta' Isfel.

Il-festa tieghu issir nhar it-3 ta' Novembru.

S. PIJU V, PAPA

Antonio Ghislieri twieled f'Bosco de Marengo hdejn Alessandria fl-Italja fis-sena 1504. Dahal zaghzugh fl-Ordin tal-Predikaturi (1520) u ha l-isem ta' Mikiel. Wara li ordna sacerdot (1528) ha l-lettorat u ghallem it-teologija. Kien Pirjol tal-kunvent bosta drabi, maghruf ghal tjubitu u ahrax mieghu nnifsu. Sar kummissarju generali tal-Inkwizizzjoni Rumana (1551), imbaghad, il-Papa Pawlu IV fl-1556 hatru isqof ta' Nepi u Sutri . Fis-sena ta' wara ghamlu Kardinal. Il-Papa Piju IV fl-1560 tah f'idejh id-djocesi ta' Mondovi' fil-Piemonte.

Fis-7 ta' Jannar 1566 ghazluh Papa u ha l-isem ta' Piju. Bil-ghajnuna ta' San Karlu Borromeo ta ruhu kollu kemm hu ghas-salvazzjoni tal-erwieh u ghat-tigdid fil-hajja tal-Knisja. Hadha kontra l-eretici ta' zmienu u habrek hafna biex jiddefendi u jxerred il-fidi kattolika. Gieb fil-prattika d-digrieti tal-Koncilju ta' Trentu: bil-mod il-mod gedded mill-qiegh il-Kurja Rumana; xandar il-Katekizmu ruman; fittex li jsahhah it-taghlim tal-Kleru billi fuq kollox dahhal fis-Seminarji s-Summa Theologica ta' San Tumas t'Akwinu li hu ddikjarah bhala l-hames Duttur tal-Knisja Latina u sejjahlu Angeliku (1567); mexxa hafna 'l quddiem l-ghaqda u t-tigdid tal-Liturgija li hu wettaq darba ghal dejjem bix-xandir tal-Brevjar (1568) u tal-Missal Ruman (1570); fahhar hafna t-tradizzjoni dommatika tal-ghaqda bejn il-Knisja Orjentali u l-Knisja Latina u weggah b'titoli liturgici lill-aqwa erba' Dutturi taghhom it-tnejn.

Hadem b'hiltu kollha u b'ghajnuna finanzjarja kontra l-ghedewwa tal-fidi. Kulhadd ghadu jiftakar sal-lum kemm ghamel biex tithejja flotta kontra t-Torok; huwa tqanqal bil-ferh meta sema' bir-rebha tal-mexxejja nsara fuq it-Torok fit-taqbida ta' Lepanto fis-7 ta' Ottubru 1571 u stqarr twemminu li r-rebha saret bit-talb tal-Madonna tar-Ruzarju, tant li fis-sena ta' wara ordna l-festa taghha. Il-mewt qaddisa tieghu grat f'Ruma fl-1 ta' Mejju 1572. Il-Papa Klement X fl-1 ta' Mejju 1672 tah il-gieh ta' beatu, u mbaghad il-Papa Klement XI fit-22 ta' Mejju 1712 ikkanonizzah.

Il-fdalijiet tieghu jinsabu ghall-qima tal-fidili fil-Bazilika ta' Santa Maria Maggiore, Ruma.

Il-maltin iqisu lil S. Piju bhala missier li haseb fihom hafna, billi tahom ghajnuna kbira ghall-bini tal-belt il-gdida taghhom Valletta. Fl-1571 gholla l-knisja ta' Santa Maria tal-Portu Salvu fil-belt Valletta ghat-titlu ta' Parrocca. Il-Provincja Dumnikana Maltija ghazlitu bhala Patrun taghha.

Il-festa tieghu fil-Knisja Universali ssir fit-30 ta' April.

S. PIETRU TA' VERONA, PRESBITERU U MARTRI

Twieled f'Verona fl-Italja fi tmiem is-seklu tnax. Il-genituri tieghu kienu eretici tas-setta tal-Manikej. Fi tfulitu haddan ir-religjon kattolika. Meta sar zaghzugh mar jistudja f'Bolonja fejn sema' l-priedki ta' San Duminku u dahal fl-Ordni; ha l-libsa religjuza minn idejn il-fundatur stess. Imbaghad ta ruhu ghall-predikazzjoni, l-izjed fost l-eretici Katari. Fuq l-ezempju ta' San Duminku kien jithaddet mas-semmiegha tieghu u jfehimhom il-Vangelu. Kien predikatur mill-ahjar u ta xhieda kbira tal-Vangelu.

L-Ispirtu S-Santu mlieh b'doni tal-ghageb u habrek hafna ghat-tixrid u l-harsien tal-fidi vera. Fil-hegga tieghu biex imexxiha 'l quddiem, huwa waqqaf l-"Ghaqdiet tal-Fidi" u l-"Fratellanzi ghat-tifhir tal-Vergni Marija". Kien ihobb il-hajja komunitarja tal-kunvent, u bhala pirjol organizzaha bil-ghaqal u thabat ghaliha bil-qawwa kollha tieghu. Hadem ukoll hafna ghall-gid spiritwali tas-Sorijiet, waqaf maghhom bl-imhabba bil-pariri u t-twissijiet tieghu, u swielhom ta' gid kbir bhala direttur spiritwali.

Fl-ahhar snin ta' hajtu, inhatar inkwizitur u gieb ruhu mill-ahjar ma' kulhadd f'din il-missjoni apostolika li hu qeda sa nofs is-sena 1251. Fis-6 ta' April 1252, hu u sejjer Milan minn Como, l-eretici qabduh u tawh il-martirju "ghat-tjieba tal-fidi u l-ubbidjenza lejn il-Knisja ta' Ruma". Qabel ma miet qal il-Kredu b'lehen gholi, u bid-demm li hareg mill-feriti tieghu ghamel stqarrija tal-fidi. Aktar tard, wiehed mill-qattiela tieghu, jismu Karinu, dahal fl-Ordni. Il-kanonizzazzjoni tieghu saret fid-9 ta' Marzu 1253, mill-Papa Innocenz IV.

Il-festa tieghu tigi celebrata fl-4 ta' Gunju.

 

SAN RAJMOND TA' PENYAFORT, PRESBITERU

Twieled f'Penyafort fil-Katalonja (Spanja) qrib Barcellona madwar is-sena 1175. Kien wiehed mill-aqwa teologi u kanonisti ta' zmienu. Kien qassis fid-djocesi ta' Barcellona, imbaghad, fis-sena 1222 huwa dahal dumnikan. Kien bniedem ta' gherf u hajja tajba, kollu hrara fil-formazzjoni tas-sacerdoti u t-thejjija taghhom ghall-ministeru; ghalihom kiteb is-Summa: gabra ta' taghlim u gherf pastorali. Waqt li kien Ruma, il-Papa Girgor IX ghazlu konfessur tieghu. Kien l-ewwel wiehed li, b'ordni tal-istess Papa, gabar flimkien id-digrieti tal-Papiet (fis-sena 1234). Fis-sena 1238 inhatar it-tielet Majjistru tal-Ordni wara Gordan tas-Sassonja, izda wara sentejn halla minn rajh dan l-ufficcju u rega' lura fil-Katalonja.

Mexxa l-Ordni bhala appostlu mimli qawwa. Kellu ghal qalbu l-appostolat fost il-Lhud, ghen il-missjonijiet li l-Patrijiet tal-Madonna tal-Hlas u Mendikanti ohra kellhoo fl-Afrika ta' Fuq, u wera hegga liema bhala fid-djalogu mal-Misilmin; minhabba f'hekk kien ihajjar lill-missjunarji biex, qabel ma jmorru fost il-Misilmin, jitghallmu l-gharbi u l-Koran. Kien ghoddu lahaq il-mitt sena ta' ghomru meta miet f'Barcellona fis-6 ta' Jannar 1275. Il-kanonizzazzjoni tieghu saret mill-Papa Klement VIII fid-29 ta' April 1601. It-tifkira tieghu fl-Ordni Dumnikan issir nhar is-7 ta' Jannar.

 

S. ROZA TA' LIMA, VERGNI

Isabella Flores twieldet f'Lima fil-Peru' fis-sena 1586. Ghal gmielha kienu jsejhulha Roza, isem li mbaghad hija stess ziedet mieghu ta' Santa Marija. Kienet l-ewwel warda ta' qdusija li dehret fl-Amerika, warda li xerrdet il-fwieha taghha permezz tal-penitenza u l-ispirtu ta' talb. Sa minn ckunitha weghdet 'l Alla li tibqa' vergni, u Alla zejjinha b'doni kbar. Biex tilhaq ahjar il-perfezzjoni evangelika, dahlet Terzjarja Dumnikana u tat ruhha ghall-kontemplazzjoni. Minkejja n-nixfa spiritwali li sofriet ghal hmistax-il sena shah, hija wriet hegga tal-ghageb ta' spirtu missjunarju fil-Knisja; il-kelma taghha kienet tqanqal sa l-istess sacerdoti biex isejhu lil kulhadd ghall-imhabba u t-talb. Kellha xewqa liema bhalha ghas-salvazzjoni tal-midinbin u tal-Indjani, li ghalihom riedet taghti wkoll hajjitha u ghakkset lilha nfisha biex tirbahhom ghal Kristu. In-niket taghha kien li, ta' mara li kienet, ma setghetx tinghata ghall-apostolat. Il-kastig tad-dnub kienet tant tistkerrhu u "riedet taghmel lilha nnifisha gebel u siment biex taghlaq il-bieb tal-infern ghal kulhadd". Kellha qalbha huggiega ta' mhabba ghall-Ewkaristija u l-Madonna. Habirket kemm felhet biex ixxerred ir-Ruzarju Mqaddes, u kienet tghid li kull nisrani ghandu jxandru u jzommu f'qalbu. Mietet f'Lima fl-24 ta' Awissu 1617, meta kellha 31 sena. Il-kanonizzazzjoni taghha saret mill-Papa Klement X fit-12 ta' April 1671, u f'dik is-sena stess inhatret bhala patruna tal-Amerka t'Isfel.

It-tifkira taghha fl-Ordni Dumnikan issir fit-23 ta' Awissu.

 

S.TUMAS TA' AQUINO, PRESBITERU U DUTTUR TAL-KNISJA

Twieled f'Roccasecca fl-Italja fis-sena 1225. Kontra r-rieda ta' qrabatu, meta kien ghadu zaghzugh dahal fl-Ordni tal-Predikaturi fis-sena 1244. Huwa tghallem fl-aqwa centri ta' studju ta' dak iz-zmien (Kolonja, Parigi, Ruma, Napli). Kien bniedem ta' hajja tassew safja u reqqa tal-ghageb fil-harsien tar-regola. L-ufficcju proprju tal-Ordni, jigifieri, il-ministeru tal-Kelma t'Alla moqdi f'hajja ta' faqar, ha fih is-sura ta' hidma teologika bla waqfien: ifittex bil-herqa l-verita' u jahseb fiha bl-imhabba biex ighaddiha lill-ohrajn. Huwa ta ruhu kollu kemm hu ghas-servizz tal-verita', b'xewqa kbira li jsibha, ihaddanha u jghallimha lil ghajru. Kien umli hafna, twajjeb u hlejju fi mgiebtu, hu, li kien fost l-aqwa mghallmin tal-gherf imqaddes u l-ahjar xandara tal-verita' tal-Vangelu. Halla hafna kitba, mimlija gherf tal-art u tas-sema, u li turi bi gmiel kbir ir-rabta qawwija li hemm bejn ir-rivelazzjoni ta' Alla u x-xjenza tal-bniedem.

Kien devot kbir ta' Kristu l-Feddej, l-aktar tal-passjoni u s-salib tieghu u l-misteru tal-Ewkaristija, li hu kiteb l-ufficju liturgiku taghha. Kellu wkoll imhabba liema bhalha ta' iben lejn Marija Vergni, Omm Alla. Miet f'Fossanova fis-7 ta' Marzu 1274, hu u sejjer ghall-Koncilju ta' Lyon. Il-kanonizzazzjoni tieghu saret mill-Papa Gwanni XXII fit-18 ta' Lulju 1323. Il-Papa San Piju V, fil-11 ta' April 1567, iddikjarah il-hames Duttur tal-Knisja Latina. U l-Papa Ljun XIII, fl-4 ta'Awissu 1880, ghamlu Patrun tal-Universitajiet u Skejjel Kattolici kollha. Wara t-tigdid tal-Liturgija, il-festa tieghu bdiet issir fit-28 ta' Jannar, il-jum li fih issir it-tifkira ta' meta l-fdalijiet tieghu ttiehdu f'Toloza

 

S. VINCENZ FERRER, PRESBITERU

Twieled fil-belt ta' Valencia fi Spanja fis-sena 1350. Ta' sbatax-il sena dahal fl-Ordni u wera ruhu tassew sod fil-hajja spiritwali. Fuq dan il-mod ta' hajja tana xhieda sabiha fil-ktieb tieghu Il-hajja spiritwali. Ghallem il-filosofija u t-teologija; il-Kardinal Legat Pietru de Luna u s-sultan Gwann I tal-Aragonja qabbduh jirranga xi kwistjonijiet civili u ekklezjastici. Inghata wkoll ghall-predikazzjoni, l-ewwel quddiem il-Papa f'Avignon u mbaghad fi Franza u l-Italja.

F'dik il-habta l-Knisja kienet maqsuma. Wara li ghamel xi zmien mal-antipapa jaqdih b'fehma tajba, telqu u beda jithabat b'herqa kbira ghall-paci u l-ghaqda tal-Knisja. Kollu mimli bid-doni tal-Ispirtu Santu u moghni b'hafna setgha apostolika, gera kwazi l-Ewropa kollha tal-Occident, fejn wera ruhu bhala predikatur karzimatiku kbir u ghamel hafna gid fl-erwieh. Miet f'Vannes fil-5 ta' April 1419. Il-kanonizzazzjoni tieghu saret mill-Papa Kallistu III fid-29 ta' Gunju 1455.

Il-festa tieghu fl-Ordni Dumnikan issir fil-5 ta' Mejju

 

S. ZDISLAVA TA' LEMBERK, OMM

Zdislava svatá, 1220 - 1252

Twieldet fi Krizanov fil-Moravja (Cekoslovakkja) madwar is-sena 1220. Izzewget lill-Princep Gallo, mill-familja Lemberk, u kellha erbat itfal li rabbiethom b'ghaqal kbir. Dahlet terzjarja dumnikana u mxiet b'hegga kbira fuq il-passi ta' San Duminku. Habirket hafna biex il-patrijiet dumnikani jixterdu fil-Boemja u bil-ghajnuna ta' zewgha bnitilhom zewg kunventi. Kienet imzejna bil-virtuwijiet tal-mara tad-dar u nghatat kollha kemm hi biex taqdi lill-foqra bla ma naqqset xejn mid-dmirijiet taghha fid-dar. Mietet b'Jablonec fis-sena 1252. Il-Papa S. Piju X fit-28 ta' Awissu 1907 wettaq il-qima moghtija lilha. Il-Papa Gwanni Pawlu II ikkanonizzaha.

It-tifkira taghha fl-Ordni Dumnikan issir fl-4 ta' Jannar.

LISTA TAL-BEATI U L-QADDISIN DUMNIKANI BID-DATA META SSIR IC-CELEBRAZZJONI TAGHHOM FIL-LITURGIJA

  1. Adrijan Fortescue, martri 8 ta' Lulju Ajmun Taparelli, presbiteru 14 ta' Awissu
  2. Albert ta' Bergamo, missier 7 ta' Mejju ALBERT IL-KBIR, ISQOF U DUTTUR TAL-KNISJA 15 ta' Novembru
  3.  Alfons Navarette, presbiteru u martri 6 ta' Novembru Alvru ta' Cordova, presbiteru 19 ta' Frar
  4. Ambrog Sansedoni, presbiteru 8 ta' Ottubru
  5. ANJEZE TA' MONTEPULCIAN0, VERGNI 20 ta' April
  6. Anna tal-Angli monteagudo, vergni 10 ta' Jannar
  7. Anton della Chiesa, presbiteru 22 ta' Jannar
  8. Anton Neyrot, presbiteru u martri 10 ta' April
  9. Anton Pavoni, presbiteru u martri 3 ta' Frar
  10. Bartilmew ta' Cervere, presbiteru u martri 3 ta' Frar
  11.  Bartilmew Longo, lajk 6 ta' Ottubru
  12. Bartilmew ta' Vicenza, Isqof 27 ta' Ottubru
  13. Beneditt XI, Papa 7 ta' Lulju
  14. Benvenuta Boiani, vergni 30 ta' Ottubru
  15. Bernard Scamacca, presbiteru 11 ta' Jannar
  16. Bertrand Carrigue, presbiteru 6 ta' Settembru
  17. Cecilja, Vergni 8 ta' Gunju
  18. Ceslaw tal-Polonja, presbiteru 17 ta' Lulju
  19. Dalmazju ta' Moner, presbiteru 24 ta' Settembru
  20. Damjan ta' Finale, presbiteru 26 ta' Ottubru
  21.  Djana, Vergni 8 ta' Gunju
  22.  DUMINKU, MISSIERNA, PRESBITERU 8 ta' Awissu
  23.  DUMINKU IBANEZ DE ERQUICIA PRESBITERU U MARTRI 28 ta' Settembru
  24. Duminku Spadafora, presbiteru 3 ta' Ottubru
  25. Egidju ta' Vaozela, presbiteru 15 ta' Mejju
  26. Emilja Bicchieri, Vergni 4 ta' Mejju
  27. Enriku Seuze, presbiteru 23 ta' Jannar
  28. Frangisk de Capillas, presbiteru u martri 6 ta' Novembru
  29. Frangisk Coll Guitart, presbiteru 19 ta' Mejju
  30. Frangisk Posadas, presbiteru 20 ta' Settembru
  31. Gakbu Benfatti, Isqof 19 ta' Novembru
  32. Gakbu ta' Bevagna, presbiteru 26 ta' Awissu
  33. Gakbu Salomoni, presbiteru 30 ta' Mejju
  34. Gakbu ta' Ulm, religjuz 11 ta' Otturbu
  35. Gakbu ta' Varazze, Isqof 13 ta' Lulju
  36. GJACINT TAL-POLONJA, PRESBITERU 17 ta' Awissu
  37. Gordan ta' Pisa, presbiteru 19 ta' Awissu
  38. Gordan ta' Sassonja, presbiteru 13 ta' Frar
  39. Govanna, Omm Missierna San Duminku 2 ta' Awissu
  40. Govanna ta' Orvieto, vergni 24 ta' Lulju
  41. Govanna tal-Portugall, vergni 12 ta' Mejju
  42. Gwann Dominici, Isqof 10 ta' Gunju
  43. Gwann ta' Fiesole, presbiteru (Beatu Angeliku) 18 ta' Frar
  44. Gwann Liccio, presbiteru 14 ta' Novembru
  45. GWANN MACIAS, RELIGJUZ 18 ta' Settembru
  46. Gwann ta' Salerno, presbiteru 9 ta' Awissu
  47. Gwann ta' Vercelli, presbiteru 1 ta' Dicembru
  48. Gudisalv ta' Amarante, presbiteru 10 ta' Jannar
  49. Gwala ta' Bergamo, Isqof 2 ta' Settembru
  50. Imelda Lambertini, vergni 13 ta' Mejju
  51. Indri Abellon, presbiteru 15 ta' Mejjuu
  52. Indri Franchi, Isqof 27 ta' Mejju
  53. Indri ta' Peschiera, presbiteru 19 ta' Jannar
  54. Injazju Delgado, Isqof u martri 6 ta' Novembru
  55. Innocenz V, Papa 23 ta' Gunju
  56. Isnard ta' Chiampo, presbiteru 19 ta' April
  57. Katarina ta' Racconigi, vergni 4 ta' Settembru
  58. KATARINA TA' RICCI, VERGNI 4 ta' Frar
  59. KATARINA TA' SIENA, VERGNI U DUTTUR TAL-KNISJA 29 ta' April
  60. Kjara ta' Gambacorta, religjuza 17 ta' April
  61. Kolomba ta' Rieti, vergni 21 ta' Mejju
  62. Kostanz ta' Fabriano, presbiteru 24 ta' Frar
  63. Kristofru ta' Milan, presbiteru 20 ta' Frar
  64. Lucija ta' Narni, vergni 14 ta' Novembru
  65. LUDOVIK BELTRAN, PRESBITERU 9 ta' Ottubru
  66. Maddalena Panattieri, vergni 13 ta' Ottubru
  67. Mannes, presbiteru, hu Missierna San Duminku 18 ta' Awissu
  68. Margarita ta' Citta di Castello, vergni 13 ta' April
  69. Margarita Ebner, vergni 20 ta' Gunju
  70. Margarita tas-Savoja, religjuza 24 ta' Novembru
  71. MARGARITA TAL-UNGERIJA, VERGNI 18 ta' Jannar
  72. Maria Bartolomea Bagnesi, vergni 28 ta' Mejju
  73. Maria Mancini, religjuza 17 ta' April
  74. Markolin ta' Forli', presbiteru 27 ta' Jannar
  75. MARTIN DE PORRES, RELIGJUZ 3 ta' Novembru
  76. Marku ta' Modena, presbiteru 20 ta' Settembru
  77. Mattew Carreri, presbiteru 8 ta' Frar
  78. Nikola Paglia, presbiteru 16 ta' Frar
  79. Osanna ta' Kotor, vergni 27 ta' April
  80. Osanna ta' Mantova, vergni 18 ta' Gunju
  81. PIJU V, PAPA 30 ta' April
  82. Pietru Capucci, presbiteru 21 ta' Ottubru
  83. Pietru Geremia, presbiteru 25 ta' Ottubru
  84. Pietru Gonzalez, presbiteru 14 ta' April
  85. Pietru ta' Ruffija, presbiteru u martri 3 ta' Frar
  86. PIETRU TA' VERONA, PRESBITERU U MARTRI 4 ta' Gunju
  87. Rajmond ta' Capua, presbiteru 5 ta' Ottubru
  88. RAJMOND TA' PENYAFORT, PRESBITERU 7 ta' Jannar
  89. Reginald ta' Orleans, presbiteru 12 ta' Frar
  90. ROZA TA' LIMA, VERGNI 23 ta' Awissu
  91. Sadok, presbiteru u martri 2 ta' Gunju
  92. Sebastjan Maggi, presbiteru 16 ta' Dicembru
  93. Sibillina Biscossi, vergni 19 ta' April
  94. Stefana Quinzani, vergni 3 ta' Jannar
  95. Stiefnu Bandelli, presbiteru 12 ta' Gunju
  96. TUMAS TA' AKWINU, PRESBITERU U DUTTUR TAL-KNISJA 28 ta' Jannar
  97. Villana de' Botti, omm 29 ta' Jannar
  98. VINCENZ FERRER, PRESBITERU 5 ta' April
  99. Wistin ta' Biella, presbiteru 24 ta' Lulju
  100. Wistin Kazotic, Isqof 3 ta' Awissu
  101. Xmun Ballacchi, religjuz 5 ta' Novembru
  102. ZDISLAVA TA' LEMBERK, OMM 4 ta' Jannar

 

NITOLBU MAL-QADDISIN DUMNIKANI

 

TALBA TA’ MISSIERNA SAN DUMINKU

 

Mulej Gesu’ Kristu, Bin Alla l-haj,

b’fehma shiha rrid naghmel

dak li ordnajtilna int fl-Ahhar Ikla

u li Ommna l-Knisja Mqaddsa

trid taghmel f’ghaqda wahda mieghek.

 

La twarrabnix minn quddiemek,

izda, fil-hniena tiegekh bla tmiem,

ahfirli htijieti kollha,

aghmilni ministru tajjeb u fidil tieghek,

u, ghad li ma jisthoqqlix,

ilqa’ dan is-sagrificcju minn idejja,

ghat-tfihir u l-glorja tat-Trinita’ kollha

u tal-Knisja Mqaddsa tieghek,

u ghall-gid tieghi u tal-fidili l-ohra,

hajjin u mejtin,

li ghalihom irrid nitlob

jew li f’Ismek il-qaddis jien marbut maghhom. Amen.

 

 

TALBA TA’ SANTA KATARINA TA’ SIENA

 

O mhabba bla qjies,

Imhabba helwa, dawl ta’ dejjem!

Naf li inti l-hniena fik innifsek,

u kull fejn indawwar wicci,

ma nilmah ebda haga li ma turinix il-hniena tieghek;

ghalhekk nersaq u nsejjah lill-hniena tieghek

biex inti thenn ghal din id-dinja.

 

Liema hu t-taghlim li

 ridt taghtina,

O Verita’ ta’ dejjem?

Liema hi t-triq mehtiega ghalina

biex naslu ghand il-Missier?

O Verb Etern, jien ma narax triq ohra

hlief dik li ftahtilna int

bil-qawwa tan-nar ta’ mhabbtek;

it-triq li wittejtilna b’Demmek il-ghaziz:

din tassew hi t-triq.

 

O mhabba l-izjed helwa li ma tistax titfisser,

Int Alla taghna

li trid biss il-qdusija taghna.

Dan  narawh sewwa fid-Demm ta’ Ibnek

li ghas-salvazzjoni taghna

ghamel mewta ta’ ghajb fuq is-Salib imqaddes.

 

Tassew, inti nnifsek int il-hniena,

o Verita’ ta’ dejjem!

Il-hniena tieghek halqitna;

il-hniena tieghek helsitna mill-mewt ta’ dejjem;

il-hniena tieghek tmexxina

u zzomm id-driegh tal-haqq tieghek.

Il-hniena tieghek izzomm il-mewt taghna lura

biex taghtina z-zmien

halli nduru lejk u nergghu nsiru hbiebek.

 

Bil-hniena tieghek hallejt il-pjagi jidhru

fil-gisem tal-Haruf tieghek bla tebgha,

buex jersaq bihom quddiem il-kobor tieghek

U jitolbok thenn ghalina.

 

Il-hniena tieghek ma riditx li l-Haruf safi

jifdi l-bnedmin b’qatra wahda biss minn Demmu,

anqas bit-tbatija ta’ bicca wahda biss minn Gismu,

izda billi jxerred Demmu kollu

u jbati f’Gismu kollu.

Dan gara bil-qawwa ta’ Alla bla tmiem

li nghaqad man-natura msejkna taghna:

il-bniedem bata fil-Verb,

u Alla laqa’ s-sagrificcju.

 

O Verb Etern, Bin Alla, kif jista’ jkun

li int gietek indiema perfetta mill-htija

ladarba qatt ma kellek fik is-semm ta-dnub?

Naf biss li int ridt thallas

billi tbati f’gismek u ruhek

l-istess kif il-bniedem waqa’ fil-htija b’gismu u ruhu.

Mulej, henn ghalija ghax dnibt.

 

 

TALBIET TA’ SAN TUMAS TA’ AKWINU

 

 

Lil Kristu Msallab

 

Sidi Gesu’, heggigli ruhi

Bil-qawwa tan-nar  helu ta’ mhabbtek

Ifridhieli minn kull ma hu ‘l isfel mis-sema,

Biex immut ghall-imhabba ta’ mhabbtek,

Int li ghall-imhabba ta’ mhabbti

Ghogbok tiehu l-mewt tas-salib.

 

 

Lil Gesu’ Ewkaristija

 

O Alla mohbi, inqimek b’qalb ferhana

f’dawn ix-xbihat fejn ridt tassew  tkun maghna;

qalbi naghtik, kollha kemm hi, fis-swwa:

kull meta nahseb fik tinhall bil-hlewwa.

 

Ftit hobz u nbid jien nara, inhoss u ntieghem;

B’dak li smajt biss lil mohhi nista’ nfiehem:

Ghax qal lil hutu, huma u jieklu mieghu,

U xejn mhu veru daqs il-kelma tieghu.

 

Fuq l-ghuda l-glorja t’Alla biss mohbija,

Izd’hawn hu mohbi wkll Iben Marija:

Jien nemmen li hawnhekk hawn Alla u l-bniedem,

U nitlob mahfra bhall-halliel in-niedem.

 

Ma nistax nara bhal Tumas il-griehi,

‘ma nemmen fik, int Alla Sidi u giehi:

kattarli l-fidi ut-tama, isma’ talbi,

aghmel li nhobok dejjem minn qiegh qalbi.

 

Tifkira helwa ta’ mewt Kristu Sidna,

Hobz haj li taghti l-hajja, li fik gidna,

Aghmel li ruhi tghix bik biss mimlija,

U nhoss il-ghaxqa ta’ hlewwietek fija.

 

 

O Pelikan hanin, lejk nerfa’ talbi,

Minn kull tingis tad-dnub saffili qalbi

B’demmek l-ghaziz, li seta’ d-dinja kollha

Minn kull irbit tal-htija b’qatra jhollha.

 

Gesu’, li fuq din l-art narak bhal xbieha,

Aghmel li tasal fuqi dik is-seigha

Li wicc imb’wicc narak u nibqa’ mieghek

Fil-hena ta’ bla tmiem fil-glorja tieghek.

 

Sliem ghalik, o gisem veru,

Li twelidt mill-Omm Marija:

Inti l-Vittma fil-misteru

Tas-salib, fejn mitt ghalija.

 

Biex tahsilni minn htijieti,

Inti genbek ftaht gahlija:

Dmugh ta’ ndiema minn dnubieti

Ibqa’ dejjem nissel fija.

 

O Gesu’, int kollok hlewwa!

O Gesu’, int kollok tjieba!

O Gesu’, Iben Marija!

 

 

Lill-Ispirtu s-Santu

 

Spirtu s-Santu , Alla,

naddaf lil qlubna minn hzunithom kollha;

Imliehom bil-grazzja tieghek

u ejja ghammar fihom.

 

Spirtu ta’ tjieba, dawl tal-bnedmin,

bieghed id-dlam u n-nixfa minn ruhna.

 

Spirtu Qaddis,

li tixtieqna nghixu hajja bil-ghaqal,

fi tjubitek sawwab l-unzjoni tieghek

fuq is-sensi taghna.

 

Spirtu Santu,

li ssaffi x-xewqat herqana kollha,

saffi l-ghajnejn tal-bniedem taghna ta’ gewwa.

 

Aghmel li naraw lill-Missier Gholi

kif jarawh dawk li huma safja f’qalbhom.

Int nebbaht il-Profeti

biex ihabbru minn qabel it-tifhir ta’ Kristu.

Inti qawwejt lill-Appostli

biex iwasslu fid-dinja kollha

r-rebha tas-salib ta’ Kristu.

 

Meta Alla, bil-Verb tieghu,

kien qieghed jahlaq is-smewwiet u l-art u l-ibhra,

Int, l-Ispirtu tieghu,

ittajjart fuq wicc l-ibhra biex taghnihom.

Inti tqaddes l-ilmijiet

biex jaghtu l-hajja lill-erwieh.

Int tonfoh in-nifs tieghek fuq il-bnedmin biex taghmilhom  hlejjaq spiritwali.

Int, Mulej, sejjaht lid-dinja,

maqsuma f’’hafna ilsna u twemmin,

u gbartha xirka wahda fik;

Int, l-ahjar imghallem,

warrabt lill-gnus mit-twemmin fieragh taghhom

biex jaghtu qima lil Alla.

Fic-cokon taghna ahna wkoll nitolbuk,

Spirtu Qaddis:

fit-tjieba tieghek ismaghna,

ghax minghajrek it-talb kollu taghna

hu fqajjar u ma jixraqx lill-widnejn ta’ Alla.

 

Int, Spirtu, bid-dawl qaddis tieghek,

ghallimt lill-qaddisin f’kull zmien;

Inti llum lill-appostli ta’ Kristu tajthom don kbir li qatt ma deher bhalu

U mlejt dan il-jum bil-glorja tieghek.  Hallelujah.

 

 

 

Lill-Vergni Marija

 

Vergni Omm Alla, ejja, nitolbuk;

Ieqaf maghna l-imsejkna: ejja, nitolbuk;

Naddafna minn hzunitna: ejja, nitolbuk,

Itlob ‘l Alla jhenn ghalina: ejja, nitolbuk.

 

Vergni, bint David: ejja, nitolbuk;

Int li mimlija bil-grazzja ta’ Alla: ejja, nitolbuk;

Kun twajba maghna: ejja, nitolbuk;

Biex ahna u nfahhruk Alla jaghtina l-grazzja tieghu: ejja nitolbuk.

 

Vergni, gawhra tal-vergni: ejja, nitolbuk;

Int, li sewwejt il-hsara taghna: ejja, nitolbuk;

Tama ta’ min jitma fik; ejja, nitolbuk;

Qawwina bil-ferh tieghek: ejja, nitolbuk.

 

Vergni, mimlija bil-hena: ejja, nitolbuk;

Uri l-hniena tieghek maghna: ejja, nitolbuk;

Bik naqilghu l-mahfra: ejja, nitolbuk;

Salvana bit-talb tieghek; ejja, nitolbuk.

 

 

 

Ghall-mahfra ta’ dnubietna

 

O Alla, ghajn ta’ kull hniena, lejk nersaq jiena l-midneb; nitolbok tahsilni u tnaddafni. 

Xemx tal-gustizzja, dawwal il-ghama tieghi; tabib hanin, fejjaq il-griehi tieghi; Sultan tas-slaten libbes il-ghera tieghi.

 

Jiena hati, O Medjatur bejn Alla u l-bniedem: erga’ habbibni ma’ Alla.

 

Int ir-raghaj it-tajjeb: erga’ dahhalni fil-merhla tieghek.  Henn ghall-imsejken, o Alla, ahfer lill-hati, qajjem ill-mejjet ghall-hajja, aghti l-gustifikazzjoni liill-hazin u l-unzjoni tal-grazzja lil min webbes rasu.

 

Tjieba bla tarf, erga’ sejjah lejk lil min harab minnek, igbed lejk lil min ingibed lura, waqqaf fuq riglejh lil min waqa’, zomm shih lil min hu wieqaf, mexxi ‘l min hu fit-triq.

 

Tinsiex ‘il min nesa’ lilek, titlaqx lil min telqek, twarrabx minnek lil min dineb kontra tieghek.

 

Bid-dnub tieghi, o Alla, jien reghext lilek, inqast lill-proxxmu tieghi, u anqas lili nnifsi ma gibt quddiem ghajnejja.

 

Jiena dnibt, o Alla tieghi.   Dnibt kontra tieghek bid-dghufija tieghi, o Missier li tista’ kollox.   Dnibt kontra tieghek bl-injoranza tieghi, o Gherf Bin Alla.   Dnibt kontra tieghek bil-hazen tieghi, o Spirtu s-Santu.  B’dawn in-nuqqasijiet kollha offendejt lilek, o Trinita’ Qaddisa u Gholja.

 

Imsejken jien, f’kemm nuqqasijiet waqajt, kemm tbeghidt minnek, Mulej!

 

Abbuzajt minn tjubitek.  Habbejt bi mhabba hazina ghax ghazilt aktar nitlef lilek milli nitlef lil dak li nhobb.  Hallejt il-biza’ jqarraq bija u jwaqqaghni, ghax ridt aktar noffendi lilek milli ngib fuqi dak li bzajt minnu.

 

O Alla tieghi, kemm hsara ghamilt bil-kliem u l-ghemil meta dnibt bil-mohbi u bid-deher, meta webbist rasi fid-dnub!

 

Ara, nitolbok, kemm jien dghajjef, u hares mhux lejn hzuniti, imma lejn it-tjieba tieghek bla qjies.

 

Henn u ahfirli kull ma ghamilt, aghmel li nindem mill-imghoddi tieghi u niftah ghajnejja sewwa ghal li gej.  Amen.