Il-PAPA SAN PIJU V (1504-1572)

Il-Papa San
Piju V hu l-fundatur tal-Parrocca ta’ Sidtna Marija tal-Portu Salvu u San
Duminku Valletta. Fil-fatt
kien hu li b’motu proprio tat-2 ta’
Lulju 1571, gholla l-knisja msemmija ghad-dinjita’ ta’ parrocca ewlenija u
matrici principali tal-belt il-gdida kollha kemm hi.
Fis-7 ta’ Jannar 1566, ghazluh Papa u ha l-isem ta’
Piju. Bil-ghajnuna ta’ San Karlu
Borromeo ta ruhu kollu kemm hu ghas-salvazjoni tal-erwieh u ghat-tigdid
fil-hajja tal-Knisja. Huwa hadha
kontra l-eretici ta’ zmienu u habrek hafna biex jiddefendi u jxerred il-fidi
kattolika. Huwa gieb fil-prattika
d-digrieti tal-Koncilju ta’ Trento: bil-mod il-mod gedded mill-qiegh il-Kurja
Rumana; xandar il-katekizmu Ruman (1566); fittex li jsahhah it-taghlim tal-kleru,
billi fuq kollox dahhal fis-seminarji s-Somma Teologica ta’ San Tumas ta’ Aquino li hu ddikjarah bhala
l-hames Duttur tal-Knisja Latina u sejjahlu Angeliku
(1567); mexxa hafna ‘l quddiem il-ghaqda u t-tigdid tal-Liturgija li hu wettaq
darba ghal dejjem bix-xandir tal-Brevjar
(1568) u tal-Missal Ruman (1570);
fahhar hafna t-tradizzjoni dommatika tal-ghaqda bejn il-Knisja Orjentali u l-Knisja
Latina u weggah b’titoli liturgici lill-aqwa erba’ Dutturi taghhom it-tnejn.
Hadem b’hiltu kollha u b’ghajnuna finanzjarja
kontra l-ghedewwa tal-fidi. Kulhadd
ghadu jiftakar sal-lum kemm ghamel biex tithejja flotta kontra t-Torok; huwa
tqanqal bil-ferh meta sema’ bir-rebha tal-mexxejja nsara fuq it-Torok fit-taqbida
ta’ Lepanto fis-7 ta’ Ottubru 1571, u stqarr twemminu li r-rebha saret bit-talba
tar-Ruzarju, tant li fis-sena ta’ wara ordna l-festa tal-Madonna tar-Ruzarju.
Il-mewt qaddisa tieghu grat f’Ruma fl-1 ta’ Mejju 1572.
Il-Papa Klement X fl-1 ta’ Mejju 1672, tah il-gieh ta’ beatu, u
mbaghad il-Papa Klement XI fit-22 ta’ Mejju 1712, ikkanonizzah.
Il-fdalijiet tieghu jinsabu ghall-qima tal-fidili
fil-bazilika ta’ S. Maria
Maggiore, Ruma. Il-Maltin iqisu
lil San Piju bhala missier li haseb
fihom hafna, billi tahom ghajnuna kbira ghall-bini tal-belt il-gdida taghhom
Valletta. Il-Provincja
Dumnikana Maltija ghazlitu ghaldaqstant bhala Patrun taghha.

Diskors
li P.Joe Ellul O.P. ghamel nhar id-19 ta’ Mejju 2004 fil-Knisja ta’ Sidtna
Marija tal-Portu Salvu u San Duminku, Valletta, waqt l-Akkademja
Muziko-letterarja li saret biex tfakkar il-500 sena mit-twelid tal-Papa San Piju
V. Id-diskors kif migjub hawnhekk hu mehud mill-Programm
tal-Festa ta’ S. Duminku, Valletta, 2004, pp.45-49).
L-isem tal-Papa Piju V iqanqal bosta drabi, fost storici u hassieba, sentimenti li huma kuntrarji ghal xulxin. Hemm uhud li jaraw fih mexxej qawwi u determinat, bniedem providenzjali li kienet tehtieg il-Knisja fi zminijiet tant imqallba. Ohrajn, izda, jaraw fih inkwizitur u Papa fanatiku u feroci li kull fejn ihares ma kienx jara hlief ereziji, bniedem ghatxan ghad-demm ta’ dawk kollha li ma jhaddnux il-fidi kattolika.
Huwa dejjem facli li tiggudika l-grajjiet
tal-imghoddi bil-kejl ta’ issa u dan b’xorti hazina jqanqal dawk l-istess
pregudizzji li wiehed ikun irid iwarrab. Is-seklu sittax kien seklu mqalleb,
seklu fejn il-lealta’ u l-principji kienu ghall-bejgh, fejn l-alleanzi kienu
jinbidlu mi-lum ghall-ghada, u fejn, kuntrarju ghal dak li jahsbu xi whud,
kienet ili-politika li timmanipula r-religjon u mhux il-kontra.
Meta harget l-ahbar li l-kardinal Alessandrino
Ghislieri gie elett Papa u li ha l-isem ta’ Piju V bosta kienu dawk li hadu
qatgha. Mhux biss in-nies ta’
Ruma li kienu jafu li sa jnehhi l-immoralita’ bla razan fil-belt eterna, imma
wkoll xi kardinali u isqfijiet li sabu Papa li issa ma kienx lest ihalli l-affarijiet
ghaddejjin. Hadu wkoll qatgha
bosta mexxejja ta’ Stati, fosthom dawk ta’ Venezja, ta’ Franza u ta’ l-Imperu
Ruman Imqaddes, li fih kienu jaraw bniedem li mhux lest jittollera politika li
tbiegh il-principji taghha ghall-interessi ekonomici u kummercjali.
Kien bniedem bla kwiet u ma kienx lest li jhalli lil haddiehor bi kwietu.
Il-Papa Piju V kien bniedem li qatt ma kien jaf
b’diplomazija u kompromessi u ma kienx bi hsiebu jitghallem issa li gie elett
biex imexxi l-Knisja Kattolika f’wiehed mill-mumenti l-aktar krucjali
tal-istorja taghha. Jinghad
li meta l-predecessur tieghu l-Papa Piju IV ried jahtar bhala kardinali zewg
princpijiet, Ferdinando de Medicis (li kellu biss tlettax-il sena) u Federico
Gonzaga (li kellu wiehed u ghoxrin), il-Kardinal Alessandrino kien minnufih
oppona ghal dan il-hsieb. Lill-Papa
qallu li l-Koncilju ta’ Trentu kien ordna li bhala kardinali jinhatru biss
nies maturi. Dawk li kien qieghed jippoponi l-Papa ken ghad mghandhomx l-eta’ u
lanqas it-thejjija mehtiega ghal dan l-ufficcju.
Imma r-rieda tal-Papa ghelbet il-fehma tal-kardinal. Meta z-zewg kardinali l-godda marru biex jirringrazzjaw
lill-kardinal Alessandrino huwa fil-pront qalilhom: “Tirringrazzjawni xejn
ghax jien opponejt bil-qawwa kollha l-hatra taghkom”.
Kien ukoll bniedem li gharaf sew il-krizi kbira li
minnha kienet ghaddejja l-Knisja kif ukoll il-kontinent ewropew.
Il-Knisja Kattolika fi zmienu kienet mifnija bil-korruzzjoni.
Fost hafna mill-mexxejja taghha kien jidher
nuqqas ta’ sens pastorali fejn isqifjiet kienu jiehdu l-pussess tad-djocesijiet
tagghmo u jiehdu l-ghexur minnhom minghajr ma qatt jidhlu fihom, ahseb u ara
kemm kienu jiddedikaw hajjithom ghall-gid tal-erwieh.
In-nepotizmu wkoll kien ghadu qawwi, bhalma kien jispikka wkoll in-nuqqas
ta’ dixxiplina u ta’ formazzjoni fost il-kleru.
Min-naha l-ohra l-Ewropa ta’ dak iz-zmien kienet mimlija intricci
politici fejn pajjizi bhal Franza u Venezja kienu jikkummercjaw mal-Imperu
Ottoman biex idghajfu s-Saltna ta’ Spanja.
Kienu jharsu aktar lejn l-interessi ekonomici, kummercjali u politici
taghhom milli mill-principji ta’ solidarjeta.
Bhalma jaf kulhadd, kienet tezisti wkoll firda fi hdan il-Kristjanezmu.
Ir-Riforma Luterana kienet manipulata minn mexxejja politici fil-Germanja.
Il-Kalvinisti (imsejha Ugonoti) fi Franza kienu iffinanzjati mir-Regina
Elizabetta I, u l-Protestanti fl-Olanda kienu iffinanzjati mill-Imperu Ottoman
li fihom kien jara mezz biex jifred religjozament l-Ewropa qabel ma jkissirha
permezz ta’ invazjoni militari.
Nixtieq, izda, f’dan il-ftit spazju naghti ritratt
kemm fiziku kif ukoll morali ta’ dan il-bniedem kbir li, minkejja l-pontifikat
qasir tieghu ta’ sitt snin (1566-1572), halla l-marka tieghu fuq l-istorja ta’
l-Ewropa kif ukoll dik tal-Knisja.

Il-Papa Piju V kien bniedem ta’ statura qasira,
bilkemm kien ilahhaq il-hames piedi.
Ir-ritratti jgibuh dejjem b’dik il-harsa li tniffed u tbezza’, u li
ma tistax tahrab minnha, xhieda ta’ kemm kien bniedem b’rieda tal-azzar.
Kellu sens profond tad-dinjita’ li nghatatlu u tar-responsabilta’
kbira li din iggib maghha.
Ritratti ohra jgibuh gharkobbtejh jaghti qima
lill-Kurcifiss, xhieda ta’ tjubija interna kif ukoll tal-herqa tieghu li l-Knisja
Kattolika jkollha tmexxija qaddisa. Huwa
hadem sabiex il-Knisja Kattolika tkun wahda li ssib il-qawwa taghha mhux
fil-kilba ghall-poter, imma fil-qawwa tas-salib u l-kontemplazzjoni tal-misteri
ta’ Sidna Gesu’ Kristu fil-misteri qaddisa li ikkontemplat Marija u li
f’idejha halla d-destin ta’ wahda mill-grajjiet l-aktar decizivi fl-istorja
tal-Knisja u f’dik tal-kontinent ewropew.
Tassew li
l-Papa Piju V kien bniedem ahrax fejn kien jehtieg li tintuza id tal-hadid, imma
kien l-ewwel u qabel kollox ahrax mieghu nnifsu. Huwa qatt ma nesa t-tfulija umli tieghu fir-rahal ckejken ta’
Bosco Marengo qrib Alessandria.
Mal-hatra tieghu bhala Papa huwa nehha l-bankett
lussuz li s-soltu kien isir f’gieh il-Papa l-gdid u l-flus qassamhom lill-fqar.
Huwa waqqaf ukoll kullegg hdejn l-Universita’ ta’ Pavia, il-Collegio
Ghislieri, biex dan jaghti boroz ta’ studju lil studenti foqra.
Dwar dan huwa halla wkoll mitkub li numru minn dawn l-istudenti kellhom
ikunu minn rahal twelidu.
Kien ukoll bniedem li kellu sens profond
tal-gustizzja. Diga meta kien ghadu
inkwizitur kellu esperjenza ta’ kemm il-mohh u l-qalb
tal-bniedem jistghu jiddallmu u kemm dan tal-ahhar jista’ jaqa’
fil-baxx. Kien jaf ukoll li whud
mill-akkuzi li kienu jingiebu quddiem l-inwizizzjoni ma kinux dejjem frott ta’
hegga zejda ghall-fidi, izda aktarx ta’ mibeghda u ta’ ghira.
Il-kaz ta’ Bartolome’ de Carranza y Miranda huwa
ezempju mill-aktar car. Bhall-Papa
Piju, Carranza kellu bidu fqajjar u umli. Minkejja
dan kien bniedem intelligenti u mfittex ghall-pariri, tant li lahaq kunsillier
ta’ Filippu ta’ Spanja. Aktar
tard kien gie mahtur Arcisqof ta’ Toledo, l-oghla kariga ekklezjastika fi
Spanja. Din il-hatra qanqlitlu
bosta ghedewwa, fosthom siehbu stess li kien dahal fis-seminarju mieghu.
Ftit wara l-hatra tieghu Carranza hareg kummentarju dwar il-katekizmu
tal-Koncilju ta’ Trentu li gie approvat mill-istess Koncilju.
Imma fit-tifsira tieghu tad-duttrina tal-Knisja kellu l-problema li xi
kultant ma kienx jaf juza’ l-kliem preciz.
L-ghedewwa tieghu, ghalhekk, hadu din l-okkazjoni biex akkuzawh
b’diversi ereziji. Kien zmien
fejn ir-rewwixta protestanta kienet fl-aqwa taghha u kien hemm biza’ kbir li
din setghet tinfiltra fit-territorju spanjol mhux biss permezz tal-armi, izda
wkoll permezz tat-taghlim. Carranza
gie arrestat u akkuzat u mizmum taht arrest ghal seba’snin shah.
Malli sar jaf bl-elezzjoni ta’ Papa Piju V,
Carranza baghtlu messagg bil-mohbi tal-kalzriera tieghu. Kien messagg misterjuz mehud minn Mt.14, 28 fejn Pietru jghid
lil Gesu’: “Mulej jekk huwa int, ordnali nigi hdejk fuq l-ilma”.
Il-Papa fehem il-messagg. Huwa ordna li Carranza jigi mehlus u li
jintbaghat, flimkien mal-inkartamenti kollha tal-kaz, Ruma, halli l-process
jerga’ jinstama’ mill-gdid quddiem il-Papa.
Sadattant Carranza nghata residenza xierqa f’Castel
Sant’Angelo.
Kien bniedem li quddiem it-theddid wiegeb b’fiducja u konvinzjoni. Dan narawh bil-mod kif gieb ruhu mal-kavallieri ta’ San Gwann. Piju V kien jaf tajjeb li t-theddida ottomana ma gietx imxejna fl-1565. Li t-Torok telqu minn Malta u hallew l-assedju f’nofs lehja kienet sempliciment mossa ghaqlija u strategika. Il-kbir kien ghadu gej. Kien jaf ukoll li, li kieku Malta kellha tittiehed mill-Ottomani dawn kien ikollhom bazi biex minnha jahbtu ghal kwalunkwe stat fl-Ewropa tan-nofisnhar. Il-kavallieri, min-naha l-ohra kienu lahqu ntebhu li l-holma li jergghu lura lejn Rodi setghu jinsewha darba ghal dejjem. Kien b’hekk li nghata bidu ghal progett ta’ kollaborazzjoni bejn il-Papa u l-Granmastru La Valette biex tinbena belt b’sahhitha mdawra bis-swar fl-istess post li l-Ottomani kienu hadu taht idejhom b’tant telf ta’ suldati min-naha taghhom. Piju V ma xtaqx li l-kapitali l-gdida tkun post ta’ fruntiera li tilqa’ l-attakki tas-Sultan, izda riedha wkoll tkun kapitali ta’ regjun ta’ paci u sigurta’ ghall-Mediterran kollu fejn il-fidi nisranija tkun tista’ terga’ tnibbet l-gheruq. Kien ghalhekk li ha nteress personali fil-progett tat-twaqqif tal-belt il-gdida u baghat sahansitra l-perit personali tieghu Laparelli.

Kien bniedem li kulhadd kien jaf fejn hu mieghu.
Dejjem qieghed il-karti fuq il-mejda.
Imma ried ukoll ikun jaf fejn hu ma’ haddiehor.
Piju V ma kienx jittollera loghob bil-kliem.
Dan narawh b’mod partikolari fid-determinazzjoni tieghu li jwarrab
ir-rivalita’ u l-mibgheda li kienet tezisti bejn Genova, Venezja, Toscana u
Spanja kif ukoll l-interessi
nazzjonali taghhom, sabiex dawn, flimkien ma l-Istati Papali u l-Ordni
tal-kavallieri ta’ San Gwann, jiffurmaw il-Lega Mqaddsa li hejjiet flotta
ghall-battalja ta’ Lepanto. It-twaqqif
ta din il-Lega kienet saret bicca xoghol mill-aktar iebsa ukoll minhabba li
Venezja damet ma tat il-kunsens taghha ghal dan il-progett.
Jinghad li hin minnhom, filwaqt li kienu ghaddejjin it-trattativi
fil-Vatikan, Piju V tilef sabru ma’ l-ambaxxatur ta’ Venezja ghax dan beda
jtawwal bla bzonn id-diskussjoni, qam minn postu u kaxkru ‘l barra
personalment mis-sala. Huwa intuli
wiehed ighid li, wara din it-thezziza, l-ambaxxatur gie f’sensih.
Din il-Lega twaqqfet nhar il-25 ta’ Marzu 1571.

Il-Battalja ta’ Lepanto kienet success personali tieghu kif ukoll l-inkurunament tal-hidma bla waqfien li hu wettaq biex jinbena kontinent ewropew stabbli.

Hugh
Bicheno, fil-ktieb tieghu Crescent and
Cross, jaghti gieh lil dan il-Papa u juri x’kienet tfisser ghalih u
ghall-Knisja Kattolika din il-battalja:
There are good reasons why Vasari’s Lepanto murals dominate the Sala Regia in the Vatican, where popes give audience to secular rulers, for it was the moment when one of the more dynamic successors of Saint Peter took the tattered shreds of spiritual authority his office still enjoyed, as well as the revenues from his secular patrimony that were rarely spent on furthering the general interest of Christendom, gambled them on the result of a highly uncertain military adventure – and won.

Quddiem dan kollu hwa xieraq li bhala Maltin nsara u
wisq aktar bhala Beltin, lil dan il-mexxej naghtuh il-gieh li tant jisthoqqlu.
Ma nkunux ahna li nikonfermaw dak li sikwit jigri, jigifieri li daqstant
gid li sarilna jigi mhallas b’daqstant iehor ingratitudni.