190 Bazilika

 

 

 
 

Nhar il-25 ta’ Marzu, jum it-Thabbira tal-Mulej, il-Knisja Matrici u Parrokkjali ta’ San Duminku tal-Belt Valletta taghlaq mija u disghin sena bhala Bazilika Minuri. L-ewwel wahda fil-gzejjer Maltin. Hemm diversi aspetti u privileggi li taghraf knisja bhala Basilika. Fi ftiet kliem se nippruvaw nispjegaw ftit min dawn u l-grajja ta kif il-Knisja Matrici ta San Duminku saret l-ewwel Basilika fil-gzejjer Maltin.

 

Fil-Brevi il-Papa Benedittin Piju VII jghid li qed jaghmel dan fuq talba ta’ l-Isqof Ferdinandu Mattei bhala rikonoxximent tal-hidma erojka tal-Patrijiet Dumnikani fil-pesta li kienet hakmet il-gzejjer Maltin xi snin qabel. Kif ukoll ried izejjen b’dan it-titlu il-knisja sabiha li kienu ghadhom kemm bnewu ghax  "...jixirqilha li tkun mzejna b` xi prerogattiva gdida ohra li taghmilha illustri mhux biss fuq il-knejjes l-ohra msemmijja imma wkoll izjed venerabli" . Ftit xhur wara, l-imsemmi P. Vincenz Maria Portelli talab il-privilegg ta` l-uzu tal-muzzetta u r-Rukkett u, dejjem meghjun mill-Arcisqof Mattei, qala` minghand l-istess Papa Piju VII fis-16 ta` Jannar 1817 dak li xtaq, Dan hu privilegg rari jekk mhux uniku wkoll.

 

Issa ejja naraw ezzat xi tfisser li knisja tkun Bazilika. Knejjes importanti gewwa Ruma u anke barra kienu jissejhu baziliki mit-titlu ta' djar famuzi tar-Rumani. Dawn bhall l-Arcibazilika tal-Vatikan u dik ta' San Gwann Lateran u ohrajn jissejjhu Baziliki Immemorjali. Hemm zewg tip ta’ Baziliki: Magguri u Minuri. Baziliki Magguri huma erba’ biss li jinsabu Ruma (il-Laterna, il-Vatikan, S Maria Maggiore u San Paolo). Il-Baziliki l-ohra kollha huma Minuri. Anke jekk tissejjah Bazilika Pontificja jew Papali, din hi Basilika Minuru taht il-gurisdizzjoni immedjata tal-Papa minflok l-Ordinarju tal-post, e.z. il-Bazilika ta’ Pompei.

 

Id-drawwa li jsiru baziliki gewwa Ruma damet ma bdiet, x'aktarx fis-seklu sittax, u dawn kienu knejjes kollegjali wkoll. L-ewwel bazilika barra Ruma li giet dikjarata hekk minn Papa hija dik ta' l-Agostinjani dedikata lil San Nikola ta' Tolentino gewwa Tolentino. Din twaqqfet fis 27 ta' Gunju 1783. San Duminku hija t-tmien wahda fid-dinja fl-1816.

 

Il-Katidral ta' Lucera sar Bazilika Minuri fl-1834. Il-Kapitlu ta' dan il-Katidral kitbu lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti isaqsu x'inhuma il-privileggi li ghandhom issa li saru Bazilika. Jidher li kien hemm konfuzjoni anke minn xi Baziliki godda ohra. Ghalhekk dik il-kongregazzjoni ippublikat digriet maghruf bhala Lucerina fis-27 ta' Awissu 1836. Kien f'dak id-dokument li l-uzanza tal-umbrellun isfar u ahmar dahal ghal Baziliki Minuri godda. Il-Baziliki Magguri ikollhom umbrellun tal-bellus ahmar u deheb irrakmat.

 

L-umbrellun tal-Bazilika ta’ San Duminku huwa abjad u rrakkmat peress li San Duminku sar Bazilika mill-Piju VII li ghamel ukoll dik ta' Tolentino u l-patrijiet tal-Belt ikkupjaw l-usanzi kif wasslulhom viva voce minn imkejjen minn Ruma u Tolentino. Il-Baziliki li saru wara d-digriet Lucerina kienu kollha uniformi ghax mad-dokument ta' l-erezzjoni tal-Bazilika setghu jaraw id-digiret Lucerina.

 

Fl-1968 id-digret Domus Dei irrikonoxxa ir-rwol singulari ta'Bazilika gewwa djocesi, specjalment li tippromwovi ghaqda ikbar mas-Sedja ta' San Pietru. Dan twettaq ukoll fid-digriet dwar il-Baziliki Domus Ecclesiae ta' l-1989. Ghalhekk wiehed isejjah knisja partikulari bhala Bazilika mhux f'sens ta'ftahir izda fid-dawl tar-rwol specjali fid-djocesi u fil-Knisja Universali.

 

Bhala kurzita nzid li fil-brevi tal-bazilika il-Papa Piju VII jaghti lil din il-bazilika l-gdida d-dritt li wara l-Knisja ta'San Gwann tal-Belt jkunu huma l-ewwel li jdoqqu l-glorja fil-Vgili qaddis ta’ l-Ghid il-Kbir qabel il-knejjes kollha l-ohra tal-Belt Valletta. Jidher li dan inghata minflok l-uzu tal-qanpiena maghrufa bhala Tintinnablu.

 

Sa l-2003 fl-Ewropa kien hemm 1073 bazilci, 294 fl-Amerka ta' fuq u isfel, 40 fl-Asja, 12 fl-Afrika u 5 fl-Oceanja.

Ghajnuna ghal din il-kitba kienet mir-ricerka eccellent tas-Sur Gabriel Choe Hoi-Yan i u Fr I D Aquilina SSC.