Id-dumnikani kienu minn tal-ewwel li mill-Birgu kienu
jigu biex ighinu lill-haddiema li kienu qed jibnu l-Belt il-gdida Valletta.
Il-Gran Mastru Pietro DelMonte, fil-bidu ta’ Marzu 1571,
b’rikonoxxenza, lill-patrijiet tahom bicca art kbira u sabiha, immarkata
fil-pjanta bin-numru 8, biex jibnu knisja u kunvent.
Il-patrijiet sejhu lill maghruf Girolamo Cassar biex jibniha u, fid-19 ta’
April 1571, qeghdu solennement l-ewwel gebla u ddedikawha lil Santa Marija
tal-Portu Salvu, minhabba l-ghadd kbir ta’ nies tal-bahar li kienu
jiffrekwentaw il-kappella li kellhom.
Il-Papa Dumnikan San Piju V, benefattur kbir tal-Belt
il-gdida, fit-2 ta’ Lulju 1571, b’Motu
Proprio Ex Debito Pastorali gholla
l-knisja, li kienet ghadha kif bdiet tinbena, bit-titlu u grad ta’ parrocca
ewlenija u matrici principali tal-belt il-gdida kollha kemm hi.
L-ewwel knisja kienet fl-istess pozizzjoni tal-knisja
li tezisti llum. Minbarra l-artal
maggur, kellha 12-il artal, sitta kull naha. Fl-14 ta’ Dicembru 1615, il-patrijiet dendlu, mal-arkata
principali tal-knisja, Kurcifiss kbir tal-injam, xoghol l-iskultur sqalli
Giuseppe Mazzeo minn Vizzini, u li llum huwa meqjum fil-kappella tieghu.
Minhabba l-hsarat kbar li garrbet il-knisja minn
sensiela ta’ terremoti kbar u maltempati koroh li hallew warajhom hsarat kbar
fil-knisja, biex jevitaw kull periklu, il-knisja giet ikkundannata u maghluqa
ghal kollox fl-24 ta’ Lulju 1780.
Minhabba xi oqbra li fiha kien hemm midfuna xi
katavri ta’ nies li mietu bil-pesta tal-1776, il-Kummissjoni tas-Sanita’ ma
hallietx lill-patrijiet jibnu ohra fl-istess post. Il-patrijiet kellhom jistennew ighaddu 25 sena ohra.
Fl-ahhar, dawn inghataw il-permessi kollha mehtiega u sejhu lill-Perit
Antonio Cachia biex jiehu hsieb il-bini ta’ knisja gdida, aktar spazjuza u
sabiha minn ta’ qabel, b’karnierja kbira daqs il-knisja.
Ix-xoghol ta’ thejjija nbeda fis-7 ta’ Marzu 1804 u l-ewwel gebla
tqeghdet solennement mill-Isqof Fra Vincenzo Labini nhar il-25 ta’ Novembru
tal-istess sena.
Meta l-knisja kienet ghodda lesta, fis-7 ta’ April
1813 regghet tfaccat il-pesta. Minhabba
f’hekk inqata’ hafna mill-kuntatt mal-Belt.
Billi l-bicca l-kbira tal-haddiema kienu minn barra l-Belt, ix-xoghol
kollu waqaf ghal ghaxar xhur shah. F’dan
iz-zmien, il-patrijiet urew qlubija kbira meta baqghu jassistu n-nies tal-Belt
kollha.
Il-festa tat-tberik u ftuh tal-knisja sar nhar
it-Tnejn 15 ta’ Mejju 1815 bi tridu ta’ festi li ghalqu nhar il-Hamis
b’purcissjoni solenni bis-Santissimu Sagrament.
Fiha, flimkien ma’ Mons Isqof Mattei u l-komunitajiet dumnikani, hadu
sehem ir-Rev. Kapitlu tal-Kattidral, is-Seminaristi, il-komunitajiet kollha
tar-religjuzi tal-Belt u l-Furjana u l-Fratellanzi kollha.
Il-Papa Piju VII, biex ipatti ghall-qlubija li wrew
id-dumnikani tal-Belt matul il-pesta, imsahha b’rakkomandazzjoni tal-Isqof
Mattei u tal-Gvernatur ta’ Malta Sir Thomas Maitland u minn ghadd ta’
ufficjali tas-Sanita’, tobba, sacerdoti u personalitajiet ohra, fl-25 ta’
Marzu 1816, bil-Brevi Explorata Proximorum
Dilectio, gholla l-knisja ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu ghad-dinjita’
u privileggi ta’ Bazilika Minuri. Ftit
xhur wara, l-istess Papa, fis-17 ta’ Jannar 1817, bi Brevi iehor Eos qui in vineam Domini, ta lill-membri tal-komunita’ tal-Belt,
il-privilegg singulari li, fil-funzjonijiet korali, jilbsu l-muzzetta sewda.
Fil-15 ta’ Ottubru 1889, l-Isqof Mons Pietru Pace
ikkonsagra solennement il-knisja, l-artal maggur u dawk tal-kappella
tas-Sagrament u ta’ San Duminku.