JGHALLMUNA BL-EZEMPJU

Fil-kunvent tad-dumnikani tal-Belt Valletta, bhal fil-kunventi tar-religjuzi l-ohrajn kollha,  ghexu mijiet kbar ta’ patrijiet u fratelli koperaturi li, fil-mohbi jew fid-deher, taw sehemhom u hadmu bis-shih ghall-gid tal-ohrajn.    Dawn ta’ min jibqa’ jiftakar fihom u jhares lejhom biex jitghallem u jiehu ezempju minnhom.   Impossibli ssemmi lil kulhadd; xi whud jafhom biss Alla l-Imbierek!  Ohrajn saru maghrufin iktar. Din is-sezzjoni, ghalhekk,  taghti harsa lejn Ahwa Predikaturi li  kellhom xi rabta partikolari mal-Parrocca ta’ San Duminku tal-Belt Valletta, jew ghax kienu mill-Belt, jew ghax ghexu u hadmu fil-parrocca jew ghax taw xi kontribut iehor lejha.   Din is-sezzjoni tinbena bil-mod il-mod. Ghaldaqstant, Ahwa li s’issa ghadu ma jidher xejn dwarhom,  ma jfissirx li  dawn intnesew imma x’aktarx li ghax ghad iridu jizdiedu.  B’danakollu napprezzaw li jekk xi hadd jixtieq jaqra taghrif dwar xi patri jew fratell koperatur partikolari jinfurmana; hekk ukoll min ghandu xi taghrif ta’ interess dwar xi religjuz dumnikan tal-antik u li jista’ jkun ta’ ezempju ghalina llum.

 

 

P. SANTO GRECH O.P. (1728-1793)

Kappillan u  Pirjol

Ghex u miet b’fama ta’ qaddis

 

Santo Grech, iben Vittorio u Andreana Russo, twieled il-Birgu fil-5 ta’ Settembru 1728.  Haddan l-Ordni Dumnikan fil-knisja tal-Madonna tal-Ghar, tad-duminkani fir-Rabat, fit-22 ta’ Settembru ta’ 1745, tawh l-istess isem li kellu u gie affiljat mad-dumnikani fil-kunvent ta’ Aidone, fi Sqallija.  Ghamel in-novizzjat ir-Rabat, fejn ukoll ipprofessa fit-13 ta’ Frar 1747.  Studja l-filosofija hawn Malta, imbaghad issokta l-kors tat-teologija fl-Istudju Generali tad-dumnikani f’Messina.  Lahaq sacerdot madwar l-1753, u kiseb il-grad ta’ Lettur fit-Teologija.

 

Qabel is-sena 1759, gie assenjat fil-kunvent tal-Portu Salvu fejn wettaq l-ufficcju ta’ sagristan u prokuratur.  Fis-sena msemmija, 1759, inhatar kappillan tal-parrocca u baqa’ f’dan l-ufficcju sal-1766.  F’dak iz-zmien talab u qala’ li jigi affiljat mal-kunvent tal-Belt.  Fl-ahhar sentejn li fihom kien kappillan, ghallem fl-Istudju Generali li kien hemm fil-kunvent tal-Belt.  Fis-snin 1766-68, mar iwettaq l-ufficcju ta’ pirjol fil-kunvent ta’ Taormina u,wara, rega’ beda jghallem fl-Istudju tal-Belt.

 

Fis-sena 1773, il-Majjistru tal-Ordni Dumnikan hatru biex ikun Vigarju tal-Provincjal ghat-tmexxija tat-tliet kunventi dumnikani f’Malta, kif ukoll pirjol tal-kunvent tal-Belt.  Fis-sentejn li dam f’dan l-ufficcju, p. Grech hadem hafna biex iwaqqa’ u jibni mill-gdid il-knisja ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu billi kellha hsarat kbar strutturali; minhabba f’hekk, kellu jhabbat wiccu ma’ hafna diffikultajiet.  Minnhom heles ghal xi zmien meta l-patrijiet tal-Birgu ghazluh pirjol taghhom ghas-snin 1777-78.

 

Kif temm l-ufficcju ta’ pirjol fil-Birgu, P. Grech rega’ mar jghallem fl-Istudju Generali fil-Belt; hemm rega’ beda jhabbat wiccu mad-diffikultajiet li garrab qabel.  Ghaz-zamma tal-paci fil-komunita tal-Belt, fuq talba tal-GranMastru De Rohan, il-Majjistru tal-Ordni Dumnikan De Quinones, fl-1781, assenjah fil-kunvent ta’ Taormina; l-ahhar snin ta’ hajtu qattaghhom mad-dumnikani li kien hemm fir-rahal zghir ta’ Ciminna, mhux boghod wisq minn Palermo.

 

Mit-taghrif fil-qosor li nghata dwar P. Santo Grech jidher li hu kien mexxej ghaqli u prudenti biex hajjar lid-dumnikani jaghzluh pirjol taghhom; sahansitra l-istess Majjistru tal-Ordni ghazlu halli jmexxi l-kunventi dumnikani f’Malta.  Izda l-isbah stqarrija dwar P. Grech ixxandret minn avukat, religjuz u kittieb li ghex fi zmienu, jigifieri, il-gizwita P. Nazju Saverju Mifsud, meta dwaru kien qal hekk: Religjuz ezemplarissimu, imzejjen b’virtu’ u kwalitajiet sbieh hafna, b’mod partikolari kien fabbli u umli filwaqt li kien mimli hegga ghat-twettiq ta’ dmiru.   Fil-kronaka tal-kunvent tal-Belt hemm li hu: Kien raghaj habrieki…mahbub u mbierek mill-parruccani tieghu, l-aktar mill-foqra li kien iqassmilhom kull ghajnuna.

 

Meta P. Grech halla bl-akbar rassenjazzjoni lil art twelidu u mar jahdem fil-parrocca li d-dumnikani kellhom fir-rahal zghir ta’ Ciminna, il-fama ta’ tjubitu nxterdet hemm ukoll.  Aktar minn ghoxrin persuna li kienu jafuh personalment u kienu ghadhom hajjin fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax, wettqu dan; hekk ukoll Domenico di Tommaso fisser tajjeb hafna, f’poezija twila, hajjet p. Santo Grech f’Ciminna.   Tant kienet kbira l-qima lejh mill-fidili ta’ Ciminna li meta miet,  fit-18 ta’ Novembru 1793, qeghdu l-gisem ta’ P. Santo Grech f’urna fil-knisja ghall-qima tal-poplu; ghamlu wkoll pittura tieghu fis-sagristija tal-istess knisja.   F’Ciminna, il-qima lejn p. Santo Grech ma qatghet qatt, u ghadha mifruxa fost il-fidili sa dan il-jum.   Kien ghalhekk li l-Postulatur Generali tal-Ordni Dumnikan, fil-Kapitlu Generali li sar f’Ruma fis-sena 1929, ipprezenta lil P. Santo Grech fost id-dumnikani li dwarhom setghet tibda l-kawza tal-beatifikazzjoni.

 

(dan it-taghrif hu mehud minn FSADNI Mikiel O.P. Dumnikani maltin maghrufa 1450-2003 Tifkiriet bijo-bibljografici pp.76-79).

 

 

Mons. ANGLU PORTELLI O.P. (1852-1927)

Isqof Awziljarju, akkademiku u predikatur

 

Frangisk Saverju Portelli, iben Frangisk u Maria Antonia Vella, twieled il-Belt fl-24 ta’ April tas-sena 1852; haddan l-Ordni Dumnikan fil-knisja tad-dumnikani fir-Rabat fit-3 ta’ Frar 1868, semmewh Anglu u gie affiljat mal-kunvent tal-Madonna tal-Ghar.   Sena wara li ghamel in-novizzjat fir-Rabat, ipprofessa fit-3 ta’ Frar 1868. Temm l-istudju kollu tal-filosofija u tat-teologija fil-Kullegg ta’ San Tumas ta’ Akwinu tad-dumnikani fir-Rabat; fis-sena 1874 lahaq sacerdot u, sentejn wara, ha l-grad ta’ Lettur fit-Teologija.

 

Il-patri lettur gdid, Portelli, beda minnufih il-karriera akkademika tat-taghlim fil-Kullegg ta’ San Tumas, ir-Rabat; matul is-snin 1876-1882 u 1885-1892 ghallem diversi suggetti,  fosthom il-filosofija, it-teologija u l-Iskrittura Mqaddsa; fis-snin 1887-1892 kien Reggent tal-Istudji kif ukoll surmast tan-novizzi u l-istudenti li kien hemm fir-Rabat.   Fis-sena 1891 gie lawrjat Majjistru fit-Teologija.  Waqt li kien ighallem, il-patrijiet tal-Birgu, fl-1883, ghazluh pirjol taghhom; hu accetta dan l-ufficcju kontra qalbu tant li rrizenja qabel ma ghalaqlu z-zmien.   Wara, rega’ tela’ jghallem fil-Kullegg ta’ San Tumas, ir-Rabat.

 

P. Portelli ken religjuz mill-aktar osservanti li jhobb il-hajja fil-kunvent, l-istudju u l-appostolat; kien ghalhekk li kif temm il-karriera ta’ taghlim, fl-1893, gie assenjat fil-kunvent tal-Portu Salvu, tad-dumnikani fil-Belt.   Matul is-snin 1896-1902, hu kien kappillan tal-parrocca tal-Portu Salvu.   Mill-kunvent tal-Belt, P. Portelli seta’ jilhaq ahjar il-bliet u l-irhula u jaccetta aktar talbiet li kienu jaghmlulu biex jippriedka; kien jinqala’ hafna ghal kull xorta  ta’ priedki: panegierci, ezercizzi, konferenzi u priedki ohra ta’ xi okkazjoni.   Ippriedka mhux biss f’Malta u Ghawdex, izda wkoll f’bosta bliet taljani: Ruma, Torin, Vercelli, u postijiet ohrajn.

 

Il-Majjistru Portelli ghen hafna lid-Djocesi ta’ Malta; kien ezaminatur u mhallef prosinodali, ezaminatur tal-filosofija fis-Seminarju Arciveskovili, ezaminatur tal-ordinandi u Membru tal-Kummissjoni Djocesana kontra l-Modernizmu.   Fis-sena 1910 inhatar Vizitatur Apostoliku ghall-Kongregazzjonijiet kollha tas-Sorijiet f’Malta u Ghawdex; hu wettaq din il-missjoni sa tmiem is-sena.  Id-dehen, il-prudenza u l-hila li wera ssoktaw isahhu l-fiducja li l-awtoritajiet ekklezjastici kellhom fih; jista’ jkun li ghalhekk, fl-1911, inhatar Isqof Titulari ta’ Selinonte u Awziljarju tal-Arcisqof ta’ Malta.

 

P. Anglu Portelli gie konsagrat isqof fl-14 ta’ Mejju 1911; bhala Isqof Awziljarju hu ghen hafna lill-Arcisqof P. Pace li kien imdahhal sew fiz-zmien.   Meta dan miet fl-1914, l-Isqof Portelli gie nominat  Amministratur Apostoliku ta-Djocesi ta’ Malta sakemm, fl-1915, Dom Mawru Caruana lahaq Arcisqof ta’ Malta; u, fl-istess sena, Portelli sar Vigarju Generali Delegat ghad-Djocesi ta’ Malta.   Matul il-karriera tieghu, l-Isqof Portelli fittex li jindiehes u jghin lil kull klassi ta’ bnedmin; kien ghalhekk li gibed is-simpatija tal-maltin u kien mahbub minnhom ilkoll.

 

Mons. Anglu Portelli miet fid-19 ta’ Gunju 1927, fid-dar li fiha kien joqghod, qrib il-kunvent tal-Belt.   L-ghada li miet, tqieghed fl-Oratorju tad-Duttrina, qrib sew tad-dar tieghu, fejn il-fidili setghu jaghtuh l-ahhar tislima.   Fil-ghodwa tal-21 ta’ Gunju  gie trasportat fil-knisja tal-Portu Salvu fejn sarlu funeral solenni li ghalih attendew l-oghla awtoritajiet ekklezjastici u civili; wara nofs inhar, korteo maghmul minn personalitajiet distinti wassal il-katavru tieghu mill-knisja tal-Portu Salvu sa Bieb Irjali.  Il-funeral tieghu ntemm fil-knisja tal-Madonna tal-Ghar, tad-dumnikani fir-Rabat, fejn gie midfun f’qabar ghalih.

 

(dan it-taghrif hu mehud minn FSADNI Mikiel O.P. Dumnikani maltin maghrufa 1450-2003 Tifkiriet bijo-bibljografici pp. 145-146.   Dwar l-Isqof Anglu Portelli wiehed jista’ jara wkoll MALLIA FILIP O.P. l-Isqof li habbu kulhadd, Lux Press 1982).

 

 

FRA DUMINK FARRUGIA O.P. (1896-1979)

Fratell Koperatur; missjunarju

 

Karmenu Farrugia, fl-Ordni ta’ San Duminku bl-isem ta’ Fra Dumink, twieled f’Bormla fl-11 ta’ Frar 1896.  Libes ta’ dumnikan bhala fratell koperatur (ajk) fl-10 ta’ Awissu 1929.  Ghamel in-novizzjat fil-kunvent tal-Madonna tal-Ghar ir-Rabat fejn ukoll ipprofessa fil-11 ta’ Awissu 1930.

 

Matul hajtu, fra Dumink kien f’diversi kunventi dumnikani maltin fejn wettaq kull xorta ta’ hidma.   Izda hu habb u hadem l-aktar bhala sagritan tal-knisja.   Fi zmien il-gwerra, barra mill-ufficcju li kellu mal-komunita’ dumnikana tal-Belt, kien jiehu hsieb ukoll il-knisja tal-Erwieh, fejn id-dumnikani tal-Belt kienu jmorru jqaddsu u jwettqu xi funzjonijiet ohra.

 

Fra Dumink kien hajjat u mharreg fil-muzika.  Kien jigbor l-abbatini biex ighalllimhom ikantaw; gie li kellu wkoll kor tat-tfal.   Kellu wisq ghal qalbu d-devozzjoni ta’ San Martin de Porres, tal-Ecce Homo  u tal-Madonna.

 

Fra Dumink, sa minn mindu dahal dumnikan, kellu herqa kbira ghall-missjoni.   Fil-fatt, hu offra ruhu u mar mad-dumnikani maltin fil-missjoni li dawn kellhom fl-Indja u aktar tard il-Brazil.

 

Matul il-mard tieghu zamm dejjem id-dahqa fuq fommu u gharaf ikun rikonoxxenti ghas-servizz li jkun sarlu; ma kien igerger qatt.   Qatta’ l-ahhar zmien ta’ hajtu jitlob u jhejji ruhu biex jinghaqad mal-Hallie tieghu.  Mimli bil-merti, hu miet fl-20 ta’ Frar 1979, meta kellu 83 sena, waqt li kien assenjat fil-kunvent ta’ San Duminku tal-Belt Valletta.

 

(mill-Atti tal-Kapitlu Provincjali tal-Provincja San Piju V ta’ Malta, 1981, pp.37-38)

 

 

P. SERAFIN ZARB O.P. (1899-1976)

Akkademiku u Kittieb

 

Luigi Zarb, iben Manwel u Antonia Cassar, twieled il-Belt Valletta fil-31 ta’ Awissu 1899; haddan l-Ordni ta’ San Duminku fil-kunvent tar-Rabat fis-26 ta’ Dicembru 1915, semmewh Serafin u gie affiljat mal-Provincja Maltija ta’ San Piju V.   Ghamel in-novizzjat fir-Rabat fejn ukoll ipprofessa fis-7 ta’ Jannar1917.  Studja l-filosofija fil-Kullegg ta’ San Tumas tad-dumnikani fir-Rabat u t-teologija fil-Kullegg Angelicum, Ruma, fejn gie ordnat sacerdot fl-1 ta’ April 1922 u lahaq Lettur fit-Teologija fis-sena ta’ wara.

 

Malli kiseb il-Lettorat fit-Teologija, intbaghat biex jispecjalizza fl-Iskrittura Mqaddsa, fl-Ecole Biblique f’Gerusalem; fis-sena 1925 kiseb il-Licenzjat fl-Iskrittura u nhatar professur ta’ dan is-suggett kif ukoll tal-Ilsna Semitici fil-kullegg Angelicum, u, fl-1932, beda jghallem ukoll fil-Kullegg Beda, Ruma.  Fl-1936, gie lawrjat Majjistru fit-Teologija u, tliet snin wara, kiseb il-grad ta’ Duttur fl-Iskrittura wara li ghamel b’success l-ezami quddiem il-Kummissjoni Biblika tal-Vatikan.

 

Wara karriera mill-aktar brillanti bhala professur fl-Angelicum, fejn kien ukoll Prefett tal-Istudji fis-snin 1936-39, ftit qabel faqqghet il-gwerrra mal-Italja gie lura lejn art twelidu.  Fl-1940 beda jghallem fil-Kullegg ta’ San Tumas tad-dumnikani fir-Rabat, fl-1943 beda jghallem it-Teologija fl-Universita’ Rjali ta’ Malta u fl-istess sena lahaq professur tat-Teologija Dommatika fejn baqa’ jghallem sas-sena 1965.  Hemm hu kien Dekan tal-Fakulta’ Teologika u bosta drabi kien ukoll Agent-Vici Kancillier u Rettur Manifiku tal-Universita’ msemmija.   Kif spicca, tawh it-titlu ta’ Professur Emeritu.   Matul il-karriera akkdemika tieghu ha sehem f’bosta Kungressi Internazzjonali.

 

Il-professur P. Serafin Zarb xandar bosta studji serji f’rivisti xjentifici, bhalma huma Angelicum, Divus Thomas, La Vie Spirituelle, Revue Thomiste, Scientia u bosta rivisti ohra.   Fost l-ghadd ta’ kotba li ppublika, P.Zarb  baqa’ maghruf u mfahhar ghall-ktieb voluminuz Historia Canonis Sacrorum Librorum Utriusque Testamenti,  stampat fl-1929 u fl-1934.  Xejn anqas interessanti huma l-kotba kritici li xandar fuq il-kitba ta’ Santu Wistin; l-ahhar wiehed gie stampat f’Malta fis-sena 1948.  Fl-1941, ha f’idejh ir-rivista Scientia u baqa’ editur taghha sakemm miet. Ghal din il-hidma akkademika, il-Gvern Franciz iddekorah bil-midalja ta’ Officier d’Academie.

 

Barra l-hidma mill-Kattedra, P. Zarb firex l-attivita’ tieghu fil-Provincja Dumnikana Maltija, fil-Knisja u fost l-poplu Malti.  Hu kien darbtejn pirjol tal-kunvent tieghu fil-Belt, ghal aktar minn sena kien Vigarju Provincjali, darbtejn Provincjal tal-kunventi dumnikani f’Malta, Rettur u Superjur tal-Kullegg San Albert il-Kbir; fil-Kurja Arciveskovili kien Imhallef Prosinodali u ezaminatur tal-kleru.  Sa mis-sena 1941 inhatar biex ikun membru tal-Bord kif ukoll tal-Ezekuttiv tal-Malta Relief Fund.  Ghal din il-hidma fejjieda matul it-Tieni Gwerra Dinjija  u wara wkoll, gie dekorat bhala Officer of the Most Excellent Order of the British Empire (O.B.E.).

 

Fuq kollox, P. Zarb kien religjuz konvint mill-vokazzjoni tieghu; kemm bhala superjur kif ukoll bhala sudditu fittex li jhares dejjem il-hajja regulari u komunitarja, b’mod partikolari ghall-attendenza ghat-talb ma’ shabu.   Kien imzejjen b’karattru umli u ferriehi; ghalhekk kien mahbub minn kulhadd.   Miet fl-isptar San Luqa fis-7 ta’ Marzu 1976; il-funeral sarlu fil-knisja tad-dumnikani fil-Belt Valletta, li fih ikkoncelebraw madwar mitt sacerdot flimkien mal-Provincjal P. Ewgen Cachia.

 

(dan it-taghrif hu mehud minn FSADNI Mikiel O.P. Dumnikani maltin maghrufa 1450-2003 Tifkiriet bijo-bibljografici pp. 199-200)

 

 

P. SALV MIFSUD O.P. (1904-77)

Kappillan fil-Gwerra

 

Mikiel Mifsud, mill-Imsida izda twieled fl-Algerija fit-28 ta’ Novembru 1904, haddan l-Ordni Dumnikan fl-Italja fil-15 ta’ Ottubru 1923; semmewh Salvu u gie affiljat mal-Provincja rumana tal-Ordni tal-Predikaturi.   Ghamel in-novizzjat barra minn Malta fejn ukoll ipprofessa fis-sena ta’ wara.  Studja barra minn Malta, izda gie ordnat sacerdot f’Malta fit-30 ta’ Gunju 1929.    Ghamel l-ahhar sena tat-Teologija, 1929-1930, fil-Kullegg ta’ San Tumas tad-dumnikani fir-Rabat; wara, baqa’ jahdem f’Malta matul hajtu kollha.

 

Sa minn zoghzitu, P. Mifsud habb l-apostolat; wara li hadem ghal zmien qasir fir-Rabat, gie assenjat fil-kunvent tal-Portu Salvu tad-dumnikani tal-Belt Valletta.   Hemm, fl-1937, inhatar kappillan tal-parrocca tal-Portu Salvu; f’dak iz-zmien din kienet wahda mill-akbar parrocci f’Malta.  Meta P. Salv lahaq kappillan kien zmien imwiegher ghall-ahhar billi Malta kienet fix-xifer tal-bidu tat-Tieni Gwerra Kbira.   Fil-fatt, f’dak iz-zmien, fil-Belt twaqqaf il-Kunsill distrettwali biex jiehu hsieb il-popolazzjoni tal-post; il-kappillan Mifsud inhatar President ta’ dan il-Kunsill.   Fil-laqghat gieli ha sehem l-istess Gvernatur ta’ Malta kif ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija.

 

Meta faqqghet il-gwerra, ix-xoghol lill-kappillan P.Mifsud zdiedlu hafna, barra milli kien ferm perikoluz minhabba l-hbit bla waqfien mill-ajruplani tal-ghadu, l-aktar fis-snin 1941-1943.   Ix-xoghol zdiedlu billi l-familji twarrbu minn djarhom u nfirxu fi mkejjen tajbin ghall-bombi li kienu qeghdin jinxtehu.    P.Salv kien qisu mekkuk diehel u hiereg minn post ghall-iehor halli jzur lill-parruccani halli jqararhom, iqaddsilhom u jippridkalhom.   Biex seta’ jaqdi lil dawk li kienu jmorru l-ufficcju tieghu, hu fittex li jiehu dan l-ufficcju fil-karnierja taht il-knisja.  Hu temm l-ufficcju ta’ kappillan fil-bidu ta’ Dicembru tas-sena 1943, meta l-gwerra kienet tbeghdet ftit minn Malta.  F’April tas-sena 1945, P. Salv gie affiljat mal-Provincja Dumnikana ta’ Malta.

 

Fis-sena 1945, P Mifsud inhatar biex ikun l-ewwel Superjur tad-Dar gdida tal-Madonna tar-Ruzarju (ta’ Fatima), fi Gwardamangia.  Hemm ma damx wisq billi nhatar Superjur tad-dumnikani fid-Dar tan-Nazzarenu f’Tas-Sliema, ghas-snin 1946-1949; rega’ nhatar ghall-istess ufficcju ghat-tliet snin ta’ wara.   Barra minn hekk, hu kien ukoll Vigarju tal-Provincjal P. Serafin Zarb, Direttur Spiritwali tal-Kullegg San Albert, direttur tal-Lajci Dumnikani, tax-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla u tal-Azzjoni Kattolika.

 

Fuq kollox, P. Salv kien religjuz konvint li ghex hajja ta’ talb u hidma apostolika mwettqa fis-skiet.  Filwaqt li kien serju, kien cajtier u ferriehi; kien ihobb jaghmel pjacir u jaqdi lil kulhadd.  Kien direttur spiritwali mfittex minn kull klassi ta’ fidili; ihobb lill-foqra tant li l-istess Awtorita’ Civili hatritu Membru tal-Bord tal-Karita’.  Wara tliet snin marid sew, hu miet fl-Isptar Santa Katerina, H’Attard, fid-19 ta’ Marzu 1977; il-funeral, li fih ikkoncelebraw madwar sittin sacerdot, sarlu fil-parrocca tal-Portu Salvu tad-Dumnikani tal-Belt Valletta.

 

(dan it-taghrif hu mehud minn FSADNI Mikiel O.P. Dumnikani maltin maghrufa 1450-2003 Tifkiriet bijo-bibljografici pp. 205-206)

 

 

P. RUZAR SPITERI O.P. (1913-77)

Vici-Kappillan fil-gwerra; kappillan; Predikatur Generali

 

Censinu Spiteri, iben Vincenz u Rosa Attard, twieled fis-6 ta’ Gunju 1913 fil-Furjana, imma trabba l-Belt.   Haddan l-Ordni tal-Predikaturi fil-knisja tad-dumnikani fir-Rabat fis-26 ta’ Settembru 1931, semmewh Ruzar u gie affiljat mal-Provincja Dumnikana f’Malta.   Wara li ghamel in-novizzjat fir-Rabat, ipprofessa fit-2 ta’ Ottubru 1932.  Studja fil-Kullegg ta’ San Tumas tad-dumnikani fir-Rabat; gie ordnat sacerdot fit-18 ta’ Settembru 1937.

 

P. Ruzar kellu hafna ghal qalbu l-hidma apostolika; ftit wara li ha l-quddiesa, gie assenjat fil-kunvent tal-Lunzjata fil-Birgu, fejn l-apostolat fost il-kotra kien fl-aqwa tieghu.   Il-hidma tal-patrijiet fil-Lunzjata tharbtet bit-Tieni Gwerra Dinjija.  Minkejja li kienu ghadhom kemm mietu bosta fidili fis-sagristija tal-knisja ta’ San Lawrenz, P. Ruzar ma qatax qalbu jmur iqaddes fid-Domus  ta’ Mons. Penza f’Bormla, li kien imiss mat-tarzna.   Meta wasal lura sab il-kamra tieghu, b’kull ma kien fiha, meqruda ghal kollox bil-bombi, kif ukoll kienu ggarrfu l-kunvent u l-knisja tal-Lunzjata.

 

Wara, P. Spiteri gie assenjat fil-kunvent tad-dumnikani tal-Belt Valletta.  Minnufih hu beda l-apostolat fost in-nies tal-parrocca mwerwirn u mnikktin bil-hbit ahrax mill-ajru.   Ghall-ewwel hu kien vici-kappillan u direttur tal-Oratorju tad-Duttrina tat-tfal.  Fi tmiem is-sena 1943, inhatar kappillan tal-Parrocca tal-Portu Salvu.   Billi l-gwerra kienet ghadha ma spiccatx, hu kellu hafna xoghol biex idur lill-parruccani tieghu mxerrdin f’bosta mkejjen.   Wettaq din il-hidma apostolika bl-akbar impenn u mhabba sas-sena 1952.

 

Barra z-zmien qasir li kien ir-Rabat bhala surmast tan-novizzi u l-istudenti, P. Ruzar qatta’ l-bqija ta’ hajtu fil-kunvent tal-Lunzjata fil-Birgu.  Hemm inhatar darbtejn pirjol (1953-1956; 1965-1969), kien sagristan maggur, infermier u, ghal zmien twil, sottopirjol.   Fis-snin 1953-1960 kien kappillan tal-Istitut Asilo San Giuseppe f’Haz-Zabbar; fl-1964 inghata t-titlu ta’ Predikatur Generali.

 

Minkejja li P.Ruzar kien marid sewwa, hu baqa’ jahdem sal-ahhar.   Miet fl-20 ta’ April 1977.  Il-funeral sarlu fil-knisja tal-Lunzjata u gie midfun fl-oqbra tal-Provincja fic-Cimiterju tal-Addolorata.

 

(dan it-taghrif hu mehud minn FSADNI Mikiel O.P. Dumnikani maltin maghrufa 1450-2003 Tifkiriet bijo-bibljografici pp. 206-207)

 

 

 

P. PHILIP MALLIA O.P. (1909-96)

Predikatur Generali; ricerkatur tal-istorja

 

Gejtanu twieled l-Isla fl-14 ta’ Ottubru 1909 minn Paul Mallia u Angela Zammit.  Kien iservi ta’ abbati fil-knisja ta’ San Filippu Neri fl-Isla, fejn sar jaf bid-dumnikani.    Dahal novizz ta’ 15-il sena u ha l-libsa dumnikana fit-28 ta’ Settembru 1924.  Gie moghti l-isem ta’ Philip.   Ghamel il-Professjoni Semplici fit-18 ta’ Ottubru 1925 u dik Solenni fid-19 ta’ Ottubru 1930.   Gie ordnat sacerdot fil-21 ta’ Mejju 1932.  Kompla l-istudju tieghu fil-Kullegg Angelicum gewwa Ruma fejnha d-Dottorat fit-Teologija.

 

Meta gie lura Malta beda jghallem fil-Kullegg ta’ San Tumas, ir-Rabat.   Fil-gwerra ghallem fil-Kullegg St Edward’s, li kien l-Imdina, u wkoll mar il-Birgu ma’ patrijiet ohra biex jiehdu hsieb l-iskola Elementari.   Ghallem fi Flores College, li wara sar il-Kullegg San Albert il-Kbir.  

 

Kien Pirjol tal-komunita tal-Belt Valletta bejn 1947-50 u 1964-70.   Kien fi Gwardamangia bhala superjur fiz-zmien tal-bini tal-Knisja dedikata lil Sidtna Marija tar-Ruzarju ta’ Fatima.

 

P.Philip kellu l-kelma facli u uzaha biex jippriedka u jikteb. 

Fil-fatt kien imfittex hafna ghal kull tip ta’ predikazzjoni u l-Kapitlu Provincjali tal-1969 kien hatru Predikatur Generali.

 

Kien ukoll bniedem socjevoli hafna li kien ihobb jithallat ma’ kull tip ta’ nies, dejjem lest b’xi cajta jew xi rakkont fuq fommu.

 

Bi hrara kien jilqa’ lil dawk li kienu jfittxuh ghall-qrar u ghad-direzzjoni spiritwali. Kellu hidma siewja ma’ diversi Ghaqdiet, l-iktar fosthom mal-Arcikonfraternita’ tas-Ssmu. Sagrament fil-Parrocca tal-Portu Salvu u San Duminku.

 

Kellu mhabba kbira ghal dak kollu li kien marbut mal-Knisja u mal-Ordni Dumnikan.   Minhabba f’hekk kien jaghmel hafna xoghol ta’ ricerka fl-Arkivji biex ikun jista’ jippublika taghrif interessanti dwar diversi suggetti. L-ikbar pubblikazzjonijiet tieghu certament huma: l-istorja tal-Arcikonfraternita tas-Ssmu Sagrament migbura fil-ktieb: Il-Fratellanza tas-Ssmu Sagrament fil-Parrocca ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu Valletta 1575-1975, Veritas 1975); u l-bijografija tal-Isqof Angelo Portelli fil-ktieb:  L-Isqof li habbu kulhadd, Lux Press 1982). 

 

Kien ihobb ukoll il-funzjonijiet tal-knisja u b’mod partikolari l-festi ta’ Corpus Domini u ta’ San Duminku.   Kien jiddedika  hafna energija u hin ukoll ghall-Mejda tal-Appostli li l-Arcikonfraternita tas-Ssmu Sagrament tiehu hsieb thejji ta’ kull sena matul il-Gimgha Mqaddsa fl-Oratorju taghha.

 

Fi tmiem hajtu, P. Philip kien irtirat id -Dar tal-Kleru f’Birkirkara, fejn miet fis-27 ta’ Jannar 1996.  Il-funeral sar fil-Knisja ta’ San Duminku, Valletta, fid-29 ta’ Jannar bis-sehem ta’ hafna sacerdoti u l-folla li mliet il-knisja.

 

 

 

P. BENEDITT SAMMUT O.P. (1914-98)

Apostolat bil-festa

 

Hamilton Sammut twieled il-Belt Valletta fil-21 ta’ Jannar 1914.   Meta kellu tmintax-il sena, haddan l-Ordni ta’ San Duminku fil-knisja tal-Madonna tal-Ghar, ir-Rabat.  Hemm hu temm is-sena tal-prova u, fit-2 ta’ Ottubru 1932 ghamel l-ewwel professjoni.  Studja l-filosofija u t-teologija fil-Kullegg ta’ San Tumas ta’ Akwinu gewwa r-Rabat u gie ordnat sacerdot fit-18 ta’ Settembru 1937.

 

Ghalkemm P. Beneditt inghata c-cans li jkompli jistudja biex isir Lettur fit-Teologija, kien ipprefera jinghata mill-ewwel ghall-apostolat.   Ghalhekk, ftit wara li lahaq sacerdot, intbaghat fil-kunvent tal-Lunzjata l-Birgu.   Fis-sena 1940 gie assenjat mis-superjuri tieghu halli jmur jahdem bhala vici-kappillan fil-parrocca tal-Portu Salvu tad-dumnikani tal-Belt Valletta.   Dan kien ufficcju perikoluz billi kien zmien li fih il-gwerra kienet qed tihrax. 

 

Ghall-medda ta’ aktar minn ghoxrin sena, mill-1949 sal-1969, P. Beneditt xerred il-qima lejn San Duminku u l-Ordni Dumnikan mhux minn fuq il-pulptu jew bil-kitba, imma b’mod mill-iktar popolari, b’hidma bla waqfien b’risq il-festa ta’ San Duminku.  Fil-fatt, f’mohh hafna,  l-isem ta’ P.Beneditt hu sinonimu mal-festa ta’ San Duminku.

 

Minbarra din il-hidma, imma, ta’ min isemmi li P. Beneditt kien ghal hafna snin ukoll Direttur Spiritwali tal-Legjun ta’ Marija, l-ewwel fl-Isla, imbaghad fil-Parrocca tal-Belt.   Kien ukoll Direttur Spiritwali tal-Kazin tal-Banda King’s Own; kien ta’ sikwit iwettaq dan l-ufficcju bl-akbar serjeta’ billi kien ta’ sikwit jaghmlilhom konferenzi u jmur iqarar lill-membri fl-istess kazin.

 

Mis-sena 1971 sal-1983, P. Beneditt kien fil-kunvent tal-Madonna tar-Ruzarju ta’ Fatima fi Gwardamangia.  Hemm hu wkoll fittex li jkabbar il-festa u jxerred il-qima lejn il-Madonna ta’ Fatima.   Il-bqija ta’ hajtu hu ghaddieha bhala membru tal-komunita’ dumnikana f’Tas-Sliema.  B’danakollu ftit li xejn seta jahdem f’din il-komunita’ billi fl-ahhar tnax-il sena kien mghakkes bil-mard.   Xorta baqa’ jfarrag b’dik id-dahqa fuq fommu lil kull min kien izuru.  Fl-ahhar snin ta’ hajtu kien rikoverat fid-Dar tal-Kleru Birkirkara.  Ittajjar ghal ghand il-Mulej fl-20 ta’ Jananr 1998.  Il-funeral sar fil-knisja ta’ Gesu’ Nazzarenu, Sliema, bis-sehem numeruz tal-ahwa dumnikani.

 

 

 

P.MARTIN SCICLUNA O.P. (1914-1980)

Ghalliem

 

P. Martin twieled Haz-Zebbug fil-25 ta’ Lulju 1914.  Fil-maghmudija tawh l-isem ta’ Guzeppi.  Qabel haddan l-Ordni Dumnikan kien jistudja l-inginerija; fil-fatt hu bahhar kemm-il darba fuq il-vapur “Knight of Malta” bhala student bit-tama li jilhaq inginier.   Xedd il-libsa dumnikana fil-21 ta’ Ottubru 134.  Ghamel is-sena tan-novizzjat fil-kunvent tal-Madonna tal-Ghar, ir-Rabat, fejn ipprofessa fit-3 ta’ Novembru 1935.   Studja l-filosofija u t-tejologija fil-kullegg ta' San Tumas, ir-Rabat.   Ordna sacerdot fit-30 ta’ Gunju 1940.

 

P. Martin wettaq bir-reqqa bosta ufficcji fil-kunventi dumnikani f’Malta.  Ghal zmien twil kien vici-kappillan fil-parrocca tal-Portu Salvu, fejn kien ukoll direttur tad-duttrina u prokuratur tal-kunvent.   Fis-snin 1954-57 kien superjur tal-kunvent ta’ Gesu’ Nazzarenu f’tas-Sliema.   Kif temm dan l-ufficcju beda jghallem fil-kullegg San Albert il-Kbir, fejn hu nteressa ruhu wkoll mill-isports u mill-hidmiet l-ohra kollha tal-kullegg.   Kellu certa hila biex izomm id-dixiplina mat-tfal la ma jitlef il-hlewwa, tant li l-istess tfal kienu jharsu lejh bhala wiehed mill-hbieb tal-qalb taghhom.   Sahansitra l-istess genituri kienu japprezzaw il-qbil bejn P. Martin u wliedhom.

 

Fl-1966, P. Martin rega’ gie assenjat fil-kunvent ta’ San Duminku tal-Belt Valletta filwaqt li baqa’ jghallem fil-Kullegg.   Bhekk hu seta’ jharreg ahjar il-hrara li kellu ghall-apostolat, l-aktar permezz tal-konfessjonarju.   Minhabba l-hidma u l-karattru helu tieghu kien mahbub minn shabu kif ukoll mill-fidili.  Dan deher fil-vojt li halla meta, fl-1 ta’ April 1980, halla dan il-wied tad-dmugh.

 

(Mill-Atti tal-Kapitlu Provincjali tal-Provincja ta’ San Piju V ta’ Malta, 1981 p. 40).

 

 

P. KOSTANTIN FSADNI O.P. (1920-98)

Missjunarju; Direttur tal-Istitut tad-Duttrina

 

Joseph Fsadni twieled il-Birgu fl-4 ta’ Awissu 1920 u kien il-hames wiehed fost ghaxart ahwa.  Il-genituri tieghu kienu Joseph u Giovanna Cassano, li rabbew lil uliedhom fid-dawl tal-Vangelu u fid-dell tal-knisja tal-Lunzjata tad-Dumnikani tal-Birgu.

 

Wara li temm l-istudji tal-iskola sekondarja, fl-1937 dahal novizz fl-Ordni Dumnikan u nghata l-isem ta’ Kostantin ghal P. Kostantin Camilleri O.P. li kien miet sentejn qabel fil-kunvent tal-Belt Valletta.   Huwa ghamel il-profssjoni religjuza fid-9 ta’ Ottubru 1938 u ghamel l-istudji teologici fil-Kullegg San Tumas t’Akwinu gewwa r-Rabat.   Ordna sacerdot fl-1 ta’ Awissu 1943 fi zmien it-Tieni Gwerra Dinjija meta kien hawn hafna nuqqas ta’ ikel u trasport.

 

P. Kostantin ghex f’diversi kunventi: f’dak ta’ Gwardamangia wara ftit xhur mit-twaqqif tieghu; fil-Birgu u fil-Belt Valletta.   Dejjem hadem b’dedikazzjoni skond pjan imfassal bir-reqqa kollha.   Kellu hidmiet ohra bhal dawk ta’ vici-kappillan fil-Parrocca tal-Portu Salvu, ghalliem fil-Kullegg ta’ San Albert, kif ukoll ta kontribut, ghal tmien snin, fil-finanzi tal-Provincja.

 

P.Kostantin dejjem gharaf ihares lejn il-hajja, bil-ferh u n-niket taghha, b’xi cajta fuq fommu, u kull cajta tieghu kien ikollha taghlima.   Kellu diversi hidmiet f’oqsma differenti tal-hajja.  Fost dawn, minn ta’ quddiem, huma x-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla, il-Missjoni u t-taghlim tal-katekizmu lit-tfal fl-Istitut tad-Duttrina fil-Parrocca tal-Portu Salvu.  

 

Huwa mar l-ewwel darba l-missjoni dumnikana maltija fil-Brazil fl-1961 u kien fid-djar ta’ Faxinal, Ponta Grossa, Borrazopolis u Matinhos.  

 

P. Kostantin kellu ghal qalbu t-tfal tad-Duttrina.  Kien izomm dixxiplina minghajr ma jghajjat maghhom.  Ta’ spiss kien idur il-klassijiet iqassam rigali lit-tfal u jara x’jivvinta biex iheggeg lit-tfal jattendu regolarment.     Il-festa tal-Ewwel Tqarbina, ghalih, kienet tkun il-kuruna tal-hidma li jkun wettaq flimkien mal-katekisti tul ix-xhur kollha ta’ qabel.  

 

Bhalma hu kellu mhabba specjali ghat-tfal, daqstant iehor  it-tfal u ommijiethom kellhom imhabba specjali lejh.  Dan intwera b’mod specjali fil-prezenza numeruza taghhom ghall-funeral  tieghu li sar fil-knisja tal-Portu Salvu nhar il-25 ta’ Lulju 1998, jumejn fuq il-mewt tieghu.

 

 

P. VINCENZ PORTELLI O.P.(1925-2002)

L-Ewwel Kappillan tal-Parrocca tal-Madonna tar-Ruzarju ta’ Fatima; Predikatur

 

P. Vincenz Portelli twieled fil-belt Valletta fis-27 ta’ Mejju 1925.  Il-genituri tieghu kienu Duminku Portelli u Maria Carmela Schembri.  Tghammed fil-Parrocca tal-Portu Salvu, Valletta.  Is-saecrdot li ghammdu kien zijuh, dumnikan, P. Klement Portelli.

 

P. Vincenz kien il-kbir fost hames ahwa.  Il-familja Portelli, fl-ahhar gwerra dinjija sabu kenn fil-karnierja tal-knisja tad-dumnikani.  Izda ghal xi zmien kienu marru l-Marsa, qrib il-post tax-xoghol tal-missier, u qrib xelter.  

 

Bhala tifel, P. Vincenz attenda l-iskola elementari tal-Belt u, wara, l-iskola sekondarja ta’ San Pawl.   Ta’ 18-il sena, fl-1943, ha l-libsa dumnikana u beda n-novizzjat.   Fil-15 ta’ Ottubru 1944 huwa ghamel il-professjoni religjuza u beda l-istudji tal-filosofija u t-teologija.  Gie ordnat sacerdot fil-25 ta’ Marzu 1950.

 

P. Vincenz beda jaqdi l-ministeru sacerdotali gewwa l-Parrocca ta’ San Duminku tal-Belt Valletta.  F’dan iz-zmien, il-Belt kienet ghadha popolata hafna.   Bhala vici-kappillan kien spiss jissejjah ghall-assistenza tal-morda.  Kien ighid li hu, u shabu l-vicijiet l-ohra, gieli hargu ukoll tliet darbiet bil-lejl biex jassistu l-morda.

 

Fl-1 ta’ Frar 1968, P. Vincenz gie mahtur bhala l-ewwel kappillan tal-Parrocca tal-Madonna tar-Ruzarju ta’ Fatima fi Gwardamangia.   Dam jaqdi dan l-ufficcju ghat-tul ta’ 13-il sena.

 

P. Vincenz kien jiehu sehem f’diversi attivitajiet socjali, kemm civili kif ukoll religjuzi.  Kien, fost l-ohrajn, Direttur Spiritwali tal-Malta Union of Teachers, tal-Kazin tal-Banda Cittadina King’s Own,  u tat-tim tal-Valletta FC.   Kien, imma wkoll, Direttur Spiritwali tas-Sodalita’ tad-Duluri, Assistent Ekklezjastiku tal-Azzjoni Kattolika, Direttur  Spiritwali tal-Legjun ta’ Marija, kif ukoll Promutur tal-Lajci Dumnikani.

 

P. Vincenz kien maghruf hafna ghall-predikazzjoni tieghu, fosthom ghall-panigierci.   Ftit huma l-pulpti f’Malta u Ghawdex, li P. Vincenz ma telax fuqhom biex iwassal xi panigierku sabih kif kien jaf jipprepara hu!   Ftit ukoll huma l-kunventi ta’ patrijiet u sorijiet, kif ukoll is-swali ta’ Ghaqdiet,  li P. Vincenz ma marx jippriedka fihom jew jaghmel xi konferenza!

 

P. Vincenz kellu ghal qalbu dak kollu li kien tal-Knisja, tal-Ordni Dumnikan, u tal-Belt Valletta.    Kellu hafna ghal qalbu l-Liturgija Mqaddsa.  Ried li din dejjem tigi celebrata bl-ikbar dinjita.   Bir-rabta kbira li kellu mal-knisja ta’ San Duminku tal-Belt Valletta, kien jirsisti wkoll biex jara li din tinzamm fi stat mill-aqwa.  Hekk ukoll l-armar u t-tizjin kollu taghha.  Xejn inqas l-istatwa artistika ta’ San Duminku mizmuma b’tant ghozza u qima f’din l-istess knisja.

 

P. Vincenz miet fl-4 ta’ Mejju 2002 gewwa Villa Messina  fir-Rabat.   It-Tnejn 6 ta’ Mejju sar il-funeral fil-parrocca tal-Portu Salvu.  Il-gemgha ta’ nies minn kull livell tas-socjeta li attendew ghall-funeral tieghu kien sinjal tar-rispett taghhom lejh.