
Twieled f’Caleruega, fi
Spanja, ghall-habta tas-sena 1172-73. Wara l-kors tat-teologija
f’Palencia, huwa ordna sacerdot u dahal fil-Kapitlu ta’ Osma fejn inhatar
sottopirjol. Mar darbtejn fid-Danimarka mal-isqof Diegu d’Acebes,
li mbaghad hadu mieghu Ruma biex jitolbu lill-Papa Innocenz III jibghathom
missjunarji fost il-pagani. Il-Papa tahom missjoni ohra,
il-predikazzjoni fost l-eretici Albigizi, u San Duminku nxtehet ghaliha
b’hegga appostolika tal-ghageb. Il-mewt tal-isqof Diegu hallietu wahdu
f’din il-hidma bla mistrieh, sakemm fl-1215, l-isqof Folco ta’
Toloza ghamlu predikatur fid-djocesi tieghu, fejn xi whud issiehbu mieghu
fil-“predikazzjoni ta’ Gesu’ Kristu”, u hekk tnisslet fih l-idea li
jwaqqaf u jorganizza l-predikazzjoni fuq sisien shah. Flimkien mal-isqof
Folco nizel Ruma u qala’ minghand il-Papa l-approvazzjoni tal-pjan tieghu, li
mbaghad twettqet ufficjalmenmt mill-Papa Onorju III fit-22 ta’ Dicembru 1216.
San Duminku waqqaf l-ewwel komunita konventwali f’Toloza u b’hekk tqieghdu
s-sisien tal-Ordni gdid tieghu taht ir-regola ta’ Santu Wistin li hu stess
ghazillu. Fil-15 ta’ Awissu 1217, huwa xerred ir-religjuzi tieghu
fl-Ewropa, l-izjed f’Parigi u Bolonja, l-aqwa zewg centri ta’ taghlim
f’dak iz-zmien, waqt li hu stess ha f’idejh il-predikazzjoni fost l-eretici
Katari fl-Ewropa ta’ Fuq.
Kien jitkellem dejjem ma’
Alla biex isehhlu ahjar jitkellem fuqu mal-ohrajn u jigbidhom lejh
bil-predikazzjoni u t-talb tieghu. Mghobbi bix-xoghol appostoliku, huwa
miet fis-6 ta’Awissu 1221 fil-kunvent ta’ Bolonja, imdawwar mill-komunita
ghaziza tieghu. Il-kanonizzazzjoni tieghu saret fit-3 ta’ Lulju 1234,
mill-Papa Girgor IX, li kien habib kbir tieghu sa minn meta kien ghadu kardinal
f-Ostia Tiberina.
(Il-B. Gordan kien l-ewwel
wiehed li ntaghzel biex imexxi l-Ordni tal-Predikaturi wara San Duminku.
Dahal fl-Ordni fl-1220 u miet fit-13 ta’ Frar 1237 hu u riega’ lura
bil-bahar wara zjara li kien ghamel lill-Provincja tal-Art Imqaddsa.
Is-silta ta’ hawn that hi mehuda mill-kitba tieghu dwar L-Ewwel Zminijiet
tal-Ordni tal-Predikaturi)
Il-hegga
tieghu fil-hwejjeg ta’ Alla kienet hekk kbira li nistghu nghidu bla dubju ta’
xejn li hu kien ghodda ta’ gieh u grazzja, ghodda mzejna b’kull hagra
prezzjuza. Kellu mohhu dejjem
fis-sliem u l-heda, hlief meta kien ihoss ruhu mqanqal mill-hniena ghall-proxxmu.
U billi l-ferh tal-qalb jidher ukoll fuq il-wicc, is-sliem li kien
jimlieh minn gewwa kien jintwera wkoll minn barra fl-imgieba helwa tieghu u l-bixra
hienja ta’ wiccu. Izda meta kien irid jaghmel xi haga li tidhirlu sewwa
quddiem Alla jekk jaghmilha, huwa kien izomm shih fil-fehma
hekk li rari jew qatt ma kien jaccetta li jerga’ lura minn decizjoni li
jkun ha wara hsieb bil-ghaqal. U
billi, kif diga ghedt, ix-xhieda tal-kuxjenza tajba tieghu kienet dejjem tidher
fil-bixra hienja ta’ wiccu, id-dija ta’ wiccu ma kienet tghib qatt.
Minhabba
f’hekk kien jigbed lejh il-qalb ta’ kulhadd, u hadd ma kien isibha bi tqila
li jhobbu malli jsir jafu. Ikun
ma’ min ikun, sew ma’ shabu fit-triq, sew ma’ min jilqghu f’daru u l-familja
tieghu, sew fost kbarat u princpijiet u prelati, ghal kulhadd kellu kliem ta’
gid u kotra ta’ ezempji tajba li bihom kien irattab il-qalb ta’ dawk li
jisimghuh u jigbidhom ghall-imhabba ta’ Kristu u t-tmaqdir tad-dinja.
Bil-kliem u l-ghemil wera ruhu kullimkien bhala bniedem evangeliku.
Matul il-jum, kien l-aktar wiehed li jsri haga wahda ma’ hutu r-religjuzi
jew ma’ shabu fit-triq, hadd ma kien ikun izjed minnu ferriehi maghhom.
Bil-lejl,
hadd daqsu ma kien idum jishar fit-talb. Kien ihalli l-biki ghal filghaxija u l-ferh
ghal filghodu. Il-jum kien jaghtih
lill-proxxmu u l-lejl lil Alla, ghax kien jaf li l-Mulej jibghat bin-nhar
il-hniena tieghu u bil-lejl il-ferh. Sikwit
kien ixerred kotra ta’ dmugh, id-dmugh lejl u nhar kien l-ikel tieghu: bin-nhar,
waqt il-quddiesa l-izjed, u kien iqaddes tista’ tghid kuljum; bil-lejl
imbaghad, meta izjed minn kulhadd kien jibqa’ jishar u jistinka fit-talb.
Kien
imdorri sikwit ighaddi l-lejl fil-knisja, hekk li kwazi qatt jew tassew rari
kien jimtedd fuq sodda biex jorqod. Kien
idum jishar fit-talb bil-lejl kemm il-gisem dghajjef kien ihallih.
U meta, wara hafna, mohhu kien jitheddel bl-ghajja u jaghtih in-nghas,
kien jimtedd daqsxejn magenb l-altar jew xi mkien iehor, b’rasu mistrieha fuq
gebla bhall-patrijarka Gakob, biex wara ftit iqum u jerga’ jaqbad il-hegga
tat-talb.
Ma’
kulhadd kien igib ruhu bi hlewwa liema bhalha, u billi kien ihobb lil kulhadd,
kulhadd ukoll kien ihobb lilu. Il-kelma
ta’ l-Appostlu ghamilha tieghu: jifrah ma’ min jifrah, jibki ma’ min jibki. Kellu qalbu mfawra bil-hniena, u kien jinghata kollu
kemm hu biex ighin lill-proxxmu u jieqaf ma’ l-imsejken. Kellu wkoll haga li minhabba fiha kulhadd kien ighozzu,
jigifieri, kien dejjem ta’ fehma safja, minghajr l-icken hjiel ta’ qerq jew
wiri ta’ haga b’ohra fi kliemu jew f’ghemilu.
Habb
tassew il-faqar, sahansitra fi lbiesu. Fl-ikel
u x-xorb kien meqjus hafna, jahrab l-ikel delikat u jilqa’ bil-qalb l-ikel
semplici. Kien iliggem lil gismu
bis-shih. Ma kienx jixrob
inbid izjed milli hu mehtieg ghall-gisem, u kien ihalltu hafna bl-ilma hekk li
qatt ma messlu l-heffa u l-qawwa ta’ hsibijietu.
Min qatt jista’jsir jixbah lil dan il-bniedem fil-virtu? Ghax tassew ighaggibna, u l-ezempji tieghu jikxfu l-ghazz ta’ zmienna. Biex nistghu naslu fejn sehhlu jasal hu, nehtiegu mhux il-hila tal-bnedmin izda l-ghajnuna specjali tal-grazzja, sakemm Alla, bit-tjieba u l-hniena tieghu ma jkunx joghgbu jtella’ ‘l xi hadd f’quccata bhal din ta’ qdusija. Izda min hu hekk tajjeb ghal dan? Huti, ejjew insiru nixbhu kemm nistghu lil Missierna fil-passi tieghu, u fl-istess hin inroddu hajr lill-Feddej talli fit-triq li qbadna ghogbu jaghti lill-qaddejja tieghu mexxej bhal dan, li permezz tieghu tana twelid gdid ghad-dawl tal-hajja religjuza. Nitolbu lill-Missier ta’ kull hniena biex iqawwina bl-istess Spirtu li jqanqal lil ulied Alla, halli nixmu fit-triq li missirijietna fethulna u jisthoqqilna naslu bla xkiel fl-istess post ta’ hena bla tarf u ferh bla tmiem, fejn hu dahal jithenna ghal dejjem. Amen.
(P. Joe Ellul
O.P. S.Th.L & Lic; S.A. & I.L. (P.I.S.A.I.)
Kuntrarju
ghal hafna qaddisin fundaturi ta’ ordnjiet religjuzi ftit li xejn ghandna
kitbiet ta’ San Duminku hlief ghal xi ftit ittri li jinghaddu fuq is-swaba ta’
id wahda. Izda xorta wahda
nistghu naghrfu min kien u x’messagg ghandu ghalina llum mid-dokumenti li
jitkellmu dwaru jew dwar dak li ghamel.
Id-dokumenti
principali li jithaddtu dwaru u dwar l-Ordni Dumnikan fl-ewwel snin tieghu huma
dawn: Il-ktieb tal-beatu Gordan ta’ Sassonja imsejjah l-Ewwel
Zminijiet tal-Ordni tal-Predikaturi; ix-xhieda li taw diversi patrijiet waqt
il-process tal-kanonizazzjoni tieghu; l-ewwel Kostituzzjonijiet tal-Ordni
tal-1220, u d-dokumenti u digrieti dwar l-Ordni u l-hidma tieghu li hargu l-Papiet
Innocenz III u Onorju III.
Minn
dwn kollu nistghu naghrfu kemm San Duminku kien il-bniedem imsejjah minn Alla
ghal zmienu u ghal zmienna. Zmien
San Duminku kien zmien ta’ taqlib u zvilupp kontinwu fil-kamp intelletwali,
socjali u religjuz u l-mod kif huwa laqa’ dawn it-tliet sfidi fi zmienu ghandu
jtina dawl dwar kif ghandna ahna bhala nsara nilqghu l-istess sfidi fi
zminijietna.
Fil-kamp intellettwali:
Sa ftit zmien qabel ghex San Duminku l-edukazzjoni u l-formazzjoni intellettwali
kienet tinghata mill-Knisja jew permezz tal-monasteri jew permezz tal-iskejjel
tal-kattidrali. Fis-seklu hdax
zviluppat forma gdida ta’ skola, l-universita’. Din il-forma ta’ edukazzjoni ma kinitx biss taghti
edukazzjoni ta’ xejra religjuza izda kienet tghallem ukoll ix-xjenzi, il-ligi,
il-letteratura, ecc. B’hekk bdew
jizviluppaw idejat godda ghax kienu jghallmu fiha professuri minn barra l-belt (jew
il-pajjiz) u kienu jigu wkoll studenti minn barra.
San Duminku gharaf l-importanza ta’ dan il-kurrent gdid u, malli gabar
f’komunita l-ewwel sittax-il patri tieghu, huwa baghat sebgha minnhom
jitghallmu fl-Universita ta’ Parigi u tnejn minnhom biex jippridkaw fil-belt
universitarja ta’ Bolonja. B’hekk
huwa wera x-xewqa li l-Ordni tieghu ghandu dejjem ikun qrib tal-bniedem li
jahseb u li jistaqsi dwaru nnifsu u dwar dak li qed isehh madwaru.
Fil-kamp socjali:
L-universitajiet il-kbar u l-kattidrali l-aktar maghrufa nbnew u wettqu
l-hidma taghhom fl-ibliet. Il-belt
bdiet issir ic-centru ta’ kull attivita umana u fiha bdew jizviluppaw is-snajja
u beda jikber in-numru ta’ dawk li jahdmu ghal rashom bhala nies tas-sengha,
bejjiegha, ecc. Dawn bdew
isiru s-sinsla tal-belt u tal-pajjiz, bhalma llum ghandna l-fabbriki (u mhux
aktar il-biedja) li huma l-forza principali tal-ekonomija tal-pajjiz.
Kien ghalhekk li San Duminku ried li l-kunventi tal-patrijiet tieghu
jinbnew dejjem fl-ibliet, biex bil-hajja u l-predikazzjoni taghhom id-dumnikani
jwasslu l-Kelma ta’ Alla lil din is-socjeta.
Fil-kamp religjuz:
Wahda mill-akbar sfidi li kellha l-Knisja fi zmien San Duminku kienet l-erezija
tal-Albigizi. Din gabet maghha mhux
biss duttrina zbaljata izda wkoll firdiet kbar fis-socjeta; bhalma llum ukoll
ghandna tant setet li bit-taghlim u l-hajja taghhom qed igibu firdiet fi hdan
familji u hafna drabi qed ikunu theddida ghs-socjeta. San Duminku laqa’ din l-isfida fuq zewg fronti: l-ewwel,
bil-hajja komunitarja fejn ir-religjuz, bil-hajja semplici tieghu, ikun ezempju
ta’ hajja tassew nisranijia; it-tieni, huwa wera li, jekk trid tehodha kontra
erezija trid tkun taf sew l-Iskrittura u d-duttrina tal-Knisja.
Ghalhekk lill-ewwel dixxipl tieghu baghathom jitghallmu (u hu stess mar
maghhom) ghand wiehed mill-aqwa professuri tat-teologija li kien hemm dak
iz-zmien, l-ingliz Alexander Stavenzby, sabiex ikunu mhejjija tajjeb
ghall-missjoni taghhom tax-xandir tal-Verita’.
San
Duminku mhuwiex idolu izda Missier. Huwa
ezempju ghalina lkoll kif ghandna nghixu ta’ nsara, u r-responsabilta’ li
ghandna li nghozzu u nxandru l-Kelma ta’ Alla.

SILTA MINN TALBA
TAL-BEATU GORDAN TA’ SASSONJA
LIL SAN DUMINKU
Sacerdot l-izjed qaddis ta’ Alla,
konfessur kbir u predikatur tal-ghageb,
Missier taghna San Duminku,
kun fostna u, fit-tjieba tieghek,
aghti widen ghat-talb taghna.
Inti trabbejt fit-tjieba
u hejjejt ruhek ghall-mixja ta’ din il-hajja.
u ghaddejt dejjem mit-tajjeb ghall-ahjar.
Int offrejt gismek lil Alla,
sagrificcju haj, qaddis, u li joghgbu.
Int, imnebbah mis-sema,
ikkonsagrajt ruhek lil Alla.
Int, mimli bil-herqa ghal Alla,
tkebbist bin-nar tal-grazzja
u, fil-kobor
ta’ mhabbtek, b’ruh imhegga,
intrabatt bil-weghda tal-faqar
u tajt ruhek kollok kemm int
ghar-religjon
imqaddsa u appostolika;
ghalhekk
wettaqt il-hsieb li kien ilu f’mohhok
u, b’ghaqal
kbir,
waqqaft l-Ordni
tal-Predikaturi.
Mexxej kbir u
Missier hanin taghna,
Imqaddes
Duminku, ieqaf maghna
u ma’ dawk
kollha li jsejhulek.
Kun ghalina,
tabilhaqq Duminku,
jigifieri,
raghaj sod tal-merhla ta’ Alla.
Harisna dejjem,
mexxi lil dawk li Alla fdalek;
u , wara dan
it-turufnament,
wassalna
bil-ferh
quddiem
il-Mulej imbierek u ghaziz,
Bin Alla l-Gholi,
Sidna Gesu’
Kristu s-Salvatur taghna.
Lilu l-gieh,
it-tifhir u l-glorja,
il-ferh bla tarf u l-hena bla tmiem.